RIŻULTATI POŻITTIVI FIS-SETTUR TURISTIKU
Fit-tienixahar tas-sena n-numru ta’ turisti liżaru pajjiżna kien ta’ 65,487 li jfisser żieda ta’ 23.6% fuq Frar 2010. Jekkjitnaqqsu n-numru ta’ passiġġieri li ġew pajjiżna minħabba l-kriżi fil-Libja,jirriżulta li fi Frar kien hemm 62,768 turist li ġew Malta fuq vaganza. Dinhija żieda sostanzjali ta’ 18.4% fuq Frar 2010. Dan joħroġ minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO)li turi li nofs it-turisti li żaru pajjiżna għal vaganza, gew mill-Ingilterra ul-Italja. Ir-riżultati huma frott il-ħidma tal-Gvern fil-prodott turistiku,fl-aċċessibilità u fil-promozzjoni ta’ pajjiżna. Filwaqt li l- Awtorità Maltijagħat-Turiżmu (MTA) qed tagħmel moniteraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni fil-Libja ul-effetti tagħha fuq it-turiżmu f’Malta, il-Gvern baqa’ jinvesti fit-tlettpilastri ewlenin tat-turiżmu, bil-ħsieb li jibqa’ jsaħħaħ is-settur.
L-istatistikatal-NSO, turi wkoll li n-nefqa tat-turisti fi Frar li għadda kienet ta’€43,606,000. Dan ifisser li kien hemm żieda ta’ 16.8% fin-nefqa tat-turisti,fuq Frar tas-sena li għaddiet. L-istatistika turi wkoll li kien hemm żieda ta’26% fin-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu Malta li jfisser li b’kollox, fiFrar, it-turisti qattgħu 524,494 lejl f’Malta. Għalhekk matul Frar, it-tlettindikaturi li juru kif sejra l-industrija tat-turiżmu u li jaffetwawil-profitabbilità, jiġifieri in-numru totali ta’ turisti, in-numru ta’ ljielili qattgħu turisti fostna u in-nefqa li għamlu t-turisti, qegħdin juru titjibsostanzjali fuq is-sena li għaddiet.
It-Travel and Tourism Competitiveness Reportmaħruġ mill-World Economic Forum jurili Malta telgħet għas-26 post minn 139 pajjiż fl-2011 wara li fl-2009 kienetfid-29 post minn 133 pajjiż. Dan jikkonferma li pajjiżna tejjeb l-kompetittivitàtiegħu fl-aħħar sentejn. Il-kompettitività titjib permezz ta’ investiment uinizjattivi fis-settur. L-investiment fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jfisserinvestiment fis-settur turistiku. Huwa għalhekk li l-Gvern żied il-votfinanzjarju tal-MTA minn €24.6 miljun fl-2008 għal €35 miljun din is-sena. Mhuxbiss, il-Gvern qed jinvesti fi skemi u inzjattivi li jaċċertaw li s-suq ikomplijsaħħaħ il-kompettività. Permezz ta’ skema għal turiżmu sostenibbli se jiġuallokati €10 miljun għal proġetti li qed isaħħu l-awtentiċità u l-innovazzjonital-prodott turistiku. Permezz ta’ din l-iskema s’issa ħarġu żewġ sejħiet lijammontaw għal €6.8 miljun f’fondi Ewropej immirati sabiex operaturi turistiċijkunu jistgħu jtejbu l-prodott tagħhom. Fl-ewwel żewġ sejħiet ġie allokat fond ta’ kważi €7 miljungħall-proġetti li b’kollox jammontaw għal aktar minn €15 miljun. F’dawn l-ewwelżewġ sejħiet kien hemm 86 benefiċċjarju.It-tielet u l-aħħar sejħa b’fondi ta’ €2 miljun ħarġet f’Ottubru u għalqetf’Jannar. Dawn l-iskemi jikkumplimentaw ix-xogħol li qiegħed iwettaq il-Gvernbilli jistimulaw investiment privat fl-offerta turistika tagħna. Jsaħħu wkollid-diversifikazzjoni tal-prodott turistiku, li huwa aspett importanti ħafnafit-tisħiħ tal-kompettitività tas-settur.
Bil-għanli tiżdied il-kwalità tas-servizz turistiku lokali, f’Ottubru li għadda,tnediet skema ta’ sussidju fuq is-self li tħeġġeġ lil-lukandi u r-ristorantibiex iwettqu xogħol ta’ upgrading fl-istabbilimentitagħhom kif ukoll biex joffru servizzi ġodda u jtejbu dawk eżistenti. Dinl-iskema, amministrata mill-MaltaEnterprise, għandha l-għan li tgħin, permezz ta’ sussidji fuq is-self sa 3%fuq l-imgħax, lil-lukandi, ristoranti u holidayaccomodations bħal hostels u guest houses, biex iwettqu upgrading fl-operat u l-prodott tagħhomu biex itejbu s-servizzi tagħhom.
Il-kompettivitàfil-qasam turistiku tissaħħaħ ukoll permezz ta’ titjib fil-kwalità fis-servizz.Huwa għalhekk li l-Gvern qed jinvesti fl-edukazzjoni u t-taħriġ tar-riżorsaumana permezz ta’ investiment fl-ITS, l-MCAST u l-Università kif ukoll permezzta’ skema ta’ €3 miljun immirata li tħarreġ managersu supervisors li digà qed jaħdmufil-qasam turistiku jew li qed jimmiraw li jibdew jaħdmu fis-settur.
L-investimenttal-Gvern fil-qasam turistiku qed jissarraf f’riżultati pożittivi għal danis-settur. Filwaqt li s-settur turistiku jibqa’ sensittiv għal diversi fatturiu sitwazzjonijiet li mhux dejjem jistgħu jiġu mbassra, il-Gvern qed jinvesti fitliet pilastri ewlenin li jsaħħu l-kompettività tas-settur u li qed jgħinu biexjiġu ffaċċati l-isfidi.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en