Left arrow Go Back

INAWGURATA L-NSTF SCIENCE WEEK 2011

pr0653
Date Icon 03/04/2011

Is-SegretarjuParlamentari ghall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Gusta, Kunsilli Lokali uKonsultazzjoni Pubblika, l-Onor Chris Said, dalghodu inawgura l-Ġimgħa tax-Xjenza organizzata min-NationalStudent Travel Foundation (NSTF) bil-kollaborazzjoni tal-Malta Chamber of Scientists u l-KunsillMalti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST). Hu kien akkumpanjat miċ-Chairmantal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando u mill-Kap Eżekuttiv tal-MCST l-InġinierNicholas Sammut.

F’kelmtejntal-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Chris Said spjega l-ħidma tal-Gvern utal-MCST biex iżidu l-interess taż-żgħażagħ Maltin fix-xjenzi ufit-teknoloġija. Semma n-numru kbir ta’ boroż ta’ studju li qed jingħatawmill-Gvern Malti, li żdiedu minn 33 fl-2006 għal 425 fl-2010. Hu fakkar kiffl-aħħar tliet snin iggradwaw medja ta’ 130 student fis-sena fl-ICTmill-Universita’ ta’ Malta. Mill-MCAST iggradwaw medja ta’ 500 student ustudenta.

Il-Gvern qedjinvesti wkoll fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp. Fl-2010 sar investiment ġdidfl-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informattika u l-Komunikazzjoni – l-MCAST,b’sistemi ġodda tal-kompjuter u 18-il laboratorju ġdid. Fl-Universita’ qedtinbena Fakulta’ ġdida tal-ICT b’investiment ta’ €17.3 miljun.

Is-SegretarjuParlamentari Chris Said esprima wkoll sodisfazzjon għall-fatt li fl-edizzjonita’ din is-sena tal-Ġimgħa tax-Xjenza qed jipparteċipaw numru akbar mis-soltuta’ studenti mill-iskejjel tal-istat b’mod partikolari minn skejjel tal-bniet.

Il-Ġimgħatax-Xjenza fetħet illum u tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd 10 ta’ April. Fiha qedjipparteċipaw, studenti tal-MCAST, Junior College, mis-Sixth Form tal-KulleġġSan Alwiġi, u minn tlettax-il skola sekondarja tal-Gvern, tal-Knisja u Privati. Il-proġetti rebbieħa se jirrappreżentawlil Malta f’kompetizzjonijiet u exposinternazzjonali tax-Xjenza li se jsiru fil-Fillandja, fis-Slovakkja ufil-Belġju fix-xhur li ġejjin.

Fl-2009 Philip Cardona kien irrapprezenta lilMalta fl-EU Contest for Young Scientistsu l-proġett tiegħu kien ivvutat fit-tieni post minn 87 proġett minn 38 pajjiżdifferenti. Il-kontestanti kienu ġejjin mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa,mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, min-New Zealand, mill-Korea t’Isfel umill-Istati Uniti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow