STQARRIJA TAL-GVERN
b'risposta ghall-istqarrijiet ta' Birdlife Malta uAlternattiva Demokratika
Jidher liBirdLife Malta u l-Alternattiva Demokratika iridu jaraw biss dak li jixtiequjaraw u jifhmu dak li jixtiequ jifhmu. L-ewwel sostnew li s-sentenza tal-QortiEwropea tal-Gustizzja tal-10 ta’ Settembru 2009 kienet tfisser li Malta matistax tapplika deroga ghall-kacca fir-rebbiegha. Issa li l-Gvern Maltilahaq qbil mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-qafas legislattiv li jirregola dinid-deroga, qed isostnu li ma hemmx qbil. Tant hemm qbil li l-kelliemtal-Kummissjoni li qed jikkwotaw, stqarr fl-ittra tieghu li l-Kummissjonitilqa’ dawn l-emendi legislattivi (“the Commission welcomes the above-mentionedlegislative amendments”), meta kien qed jirreferi ghall-emendi li jipprovduqafas legali ghall-applikazzjoni ta’ deroga ghall-kacca fir-rebbiegha.
Il-PrimMinistru qatt ma qal li kien hemm qbil dwar deroga partikolari, anzi qalid-dettalji ivarjaw skont il-kundizzjonijiet li jkun hemm kull sena. Fil-fatt, nhar it-Tnejn stess, il-Gvern wiegeb stqarrija ohra tal-BirdLifeMalta u qal illi “B'referenza ghall-istqarrija mahruga llejla minn BirdLife Malta,il-Gvern jirrimarka li l-qbil li lahaq mal-Kummissjoni Ewropea huwa dwar qafasta' legislazzjoni (framework legislation) ghall-applikazzjoni ta' derogafil-kacca ghall-gamiem u s-summien fir-rebbiegha fid-dawl tas-sentenzatal-Qorti tal-Gustizzja Ewropea u mhux dwar deroga kif qed tindika l-BirdLifeMalta.” (Stqarrija 610 mahruga mid-Dipartiment tal-Informazzjoni).
Fl-istqarrija Ministerjalifil-Parlament nhar it-Tnejn il-Prim Ministru ikkonkluda li “Huwa ċar lil-possibilità li tinżamm din id-deroga taħt il-liġi Ewropea tista’ tinżamm bissjekk nagħtu prova lill-Qorti u lill-Kummissjoni li qed tiġi applikata b’modkorrett, mhux biss fuq il-karta, iżda wkoll fil-prattika. Huwa għalhekkl-intenzjoni tal-Gvern li jieħu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jassigura lijkun hemm osservazzjoni sħiħa mal-liġi f’dan ir-rigward. Iżda l-kaċċaturi ul-għaqdiet li jirrappreżentawhom għandhom jikkooperaw sabiex jiġi assiguratil-passatemp tagħhom stess. Jekk ma jikkoperawx jista’ jkun hemm eżitu wieħedbiss; l-ebda kaċċa fir-rebbiegħa.”
L-attitudni tal-BirdLife Maltama tirreflettix l-ispirtu tal-istqarrija li Birdlife International, flimkien mal-FACE, hargetlejliet is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja fejn qalet li sertirrispetta id-decizjoni tal-Qorti: “In advance of the ruling of theEuropean Court of Jusctice in Case C-76/08 on Spring hunting of Turtle DoveStreptolpeila turtur and Common Quail Coturnix coturnix in Malta, we theundersigned state that we will respect the ruling of the Court and we call uponall parties and individuals to do the same.”
Il-Gvern iheggeg lil BirdLifeMalta u lill-Alternattiva Deokratika sabiex jirrikonoxxu l-fatt li s-sentenzatal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja tal-10 ta’ Settembru 2009 tippermetti l-kaccafir-rebbiegha gewwa Malta u l-Gvern u l-Kummissjoni Ewropea qablu dwar qafaslegislattiv li jirregola deroga f’dan l-istagun.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en