Left arrow Go Back

L-ISPEAKER MICHAEL FRENDO F’DISKUSSJONI FI BRUSSEL DWAR L-ISKRUTINJU MILL-PARLAMENTI NAZZJONALI TAL-POLITIKA ESTERA TAL-UNJONI EWROPEA

pr0645
Date Icon 01/04/2011

Nhar il-Tnejn li ġej, l-OnorevoliMichael Frendo se jieħu sehem f’diskussjoni dwar l-iskrutinju mill-ParlamentiNazzjonali tal-Politka Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea bħala waħdamit-temi tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Parlamenti Nazzjonali.Il-Konferenza se tittratta wkoll bosta temi inkluż l-iskrutinju mill-Parlamenttas-servizzi ta’ sigurta’ u tal-Europol, r-relazzjoni bejn il-Parlamenti,l-opinjoni pubblika u l-mezzi ta’ kommunikazzjoni, u l-kriżi finanzjarja ul-istabbilità tal-Ewro.  

Il-laqgħa li fiha jieħdu seheml-iSpeakers tal-Parlamenti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Presidenttal-Parlament Ewropew Jerzy Buzek li għadu kif żar Malta f’viżita uffiċjali,ser tinżamm fil-Parlamenti tal-Belġju bejn it-Tnejn 4 u t-Tlieta 5 ta’ April.  Ser jattendu wkoll l-iSpeakers tat-Turkija, l-Kroazja,FYROM, Montenegro u l-Islanda, pajjiżi li jaspiraw li jsiru membri tal-UnjoniEwropea.  

L-iSpeakers ser ikunu ukoll l-mistiednatal-Maestà Tiegħu r-Re Albert II tal-Belġju fil-Palazz Rjali ta’ Laeken.

Waqt il-Konferenza, l-iSpeakerMichael Frendo ser ikollu wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ Presidenti ta’Parlamenti Nazzjonali oħrajn fosthom tal-Greċja, ta’ Montenegro u tal-Kroazja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow