BIDDER WIEĦED GĦALL-‘PROVIŻJONI TA’ SERVIZZ TA’ TRASPORT MARITTIMU BEJN MALTA W GĦAWDEX, GĦALL-ĠARR TA’ PASSIĠĠIERI, VETTURI U MERKANZIJA.
L-uniku bidder li tefa’ l-offerta tiegħugħall-‘Proviżjoni ta’servizz ta’ trasport marittimu bejn Malta w Għawdex, għall-ġarr ta’ passiġġieri, vetturi u merkanzija’huwa Gozo Channel Transport JointVenture. Dan il-konsorzju hu ffurmat mill-kumpanija Gozo Channel umill-kumpanija Gozo Ferries.
Is-sejħa għall-offerti għalqetdalgħodu.
Il-kuntratt il-ġdid se jkun qedjaħseb li jkunu salvagwardjati l-interessi tal-Għawdxin u ta’ dawk kollha lijagħmlu użu spiss mis-servizz, jingħata servizz xieraq, komdu u sigur, ufl-istess ħin, ikunu salvagwardjati l-postijiet tax-xogħol.
Il-kuntratt jinkludi wkoll dawnl-aspetti:
i. Is-servizz bejn il-portijiet jibqa’jingħata għall-inqas bl-istess frekwenza u regolarita’ li qiegħed jingħatallum;
ii. Il-frekwenzi u r-rotot tas-servizzi jkunudawk miftiehma;
iii. In-nolijietikunu dawk stabbiliti bil-liġi. L-operatur ma jistax jaqbad u jgħolli n-nolijiet;dan jista’ jsir biss wara talba formali li ssir lir-Regolatur u din tkun tridtiġi aċċettata;
iv. l-operatur ser jiġi kkumpensat għal dakit-telf fl-operat li jagħmel minħabba li l-Gvern jimponi traħħis għad-detenturital-Kartanzjan, u għar-residenti Għawdxin u jimponi l-obbligu li jingħataservizz bil-lejl. Dawn kollha huma ppjanati li jibqgħu;
v. Is-servizz ikun skont l-ogħla livelli ta’sigurta’ u regolamentazzjonijiet oħra;
vi. Is-servizz jista’ jiġi sospiż jew jintemmbiss bi ftehim bejn il-Gvern u l-operatur.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en