Left arrow Go Back

GĦAJNUNA LIL PERSUNI B’DIŻABILTÀ BIEX ISIRU AKTAR INDIPENDENTI

pr0524
Date Icon 18/03/2011

Programm ta’ taħriġ għal dawk in-nies li jħarrġu persuni b’diżabiltà biex jgħixu ħajja aktar indipendenti ntemm illum b’konferenza organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà.

Dan kien proġett b’investiment ta €409,627 li parti minnu kien iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Socjali Ewropew, fejn ħadu sehem aktar minn 150 professjonist ilkoll mis-settur tat-terapija rijabilitattiva.

Il-konferenza kienet indirizzata mill-Onorevoli Stephen Spiteri, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u mis-Sur Alan Norton, Direttur tal-Assist fir-Renju Unit fost l-oħrajn. L-iskop tal-programm ta’ taħriġ kien li persuni b’diżabiltà jiksbu aktar għarfien kif jistgħu jkunu aktar indipendenti u jtejbu l-kwalità ta’ ħajjithom billi wkoll jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Dan il-proġett se jippermetti li persuni b’diżabiltà ma jkollhomx bżonn li jiffinanzjaw lilhom infushom biex imorru f’ċentri speċjalizzati barra minn Malta biex jingħataw taħriġ. Minflok se jkunu professjonisti Maltin li ħadu sehem f’dan il-programm ta’ taħriġ li kien maqsum f’diversi sezzjonijiet, li se jibdew jagħtu pariri u appoġġ lill-persuni b’diżabilta fiċ-Ċentru għall-Ħajja Indipendenti mmexxi mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà.

L-Onorevoli Spiteri saħaq illi fil-qasam tad-diżabilità, il-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu biex l-entitajiet fil-qasam soċjali, edukattiv, u dak tax-xogħol,  inklużi dawk l-għaqdiet volontarji u anke l-privat jaħdmu flimkien, bil-għan li jkollna iżjed servizzi  li jħarsu mill-qrib lejn il-qasam tad-diżabilità.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow