Left arrow Go Back

L-Arċisqof Mons. Pawl Cremona jżur id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern

pr1935
Date Icon 22/10/2010
Is-SegretarjuParlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, l-Onor. Jason Azzopardi illum laqa’ lill-ET Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona fid-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern, fil-Berġa tal-Baviera, l-Belt Valletta.
F’kelmtejn tal-okkażjoni,l-Onor.  Jason Azzopardi qal li Mons. Pawl Cremona huwa l-ewwel Arċisqof li żar dan il-bini kemm ilu jilqa’ fih id-Dipartiment tal-Proprjeta’ tal-Gvern.  Huwa feraħ lill-Monsinjur Arċisqof li laqa’ l-istedina tiegħu biex jiċċelebra Quddiesa għall-ħaddiema tal-Government Property Division (GPD).
Qabel il-Quddiesa, d-DiretturĠenerali tal-GPD, Alfred Bezzina ippreżenta donazzjoni li ġabru bejniethom il-ħaddiema, biex l-Arċisqof jgħaddiha lid-Dar tal-Provvidenza.  Il-ħaddiema ppreżentaw lill-Arcisqof, l-emblema tiegħu maħduma bl-idejn minn wieħed mill-ħaddiema tal-istess taqsima.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ

PR261998

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jż...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetizzjoni Ewropea tat-Taekwondo b’parteċipazzjoni ta’ atleti minn diversi pajjiżi

PR261997

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetiz...

More Press Releases Right arrow