Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ

PR261998
Date Icon 23/11/2026

Il-Prim Ministru Robert Abela għamel żjara lil Burmarrad Group, li bħalissa għaddej b’investiment ta’ €3 miljun biex isaħħaħ il-manifattura tal-qafas ta’ vetturi kummerċjali kif ukoll konverżjonijiet ta’ vetturi, biex jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi kummerċjali. L-investiment se jinkludi wkoll taħriġ għall-ħaddiema.

 

“Din il-kumpanija hija eżempju ċar ta’ kif in-negozji tal-familja Maltin qed ikomplu jikbru, jinvestu u joħolqu opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità. L-investiment kontinwu tal-kumpanija fil-manifattura, fl-innovazzjoni u fil-ħaddiema tagħha juri l-fiduċja li n-negozji lokali għandhom fl-ekonomija ta’ pajjiżna,” qal Dr Abela.

 

Dan huwa t-tieni investiment ta’ Burmarrad Group wara dak ta’ €12-il miljun erba’ snin ilu.

 

Il-kumpanija esperjenzat tkabbir qawwi minn meta rrilokat l-operat tagħha minn Burmarrad għall-Marsa fl-2022, bin-numru ta’ ħaddiema jiżdied għal 150 minn 70 u d-dħul jiżdied b’89%. Permezz tal-investiment kurrenti, il-kumpanija qed tkompli tinvesti f’ħiliet tekniċi u speċjalizzati, partikularment fost welders, tekniċi tal-karrozzi u vehicle body builders. Il-Grupp jinvesti wkoll f’taħriġ kontinwu għall-ħaddiema, kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż, filwaqt illi joffri taħriġ ukoll għal studenti jew individwi interessati f’karrieri fit-teknika.

 

Il-Prim Ministru Abela tenna li l-Gvern se jibqa’ kommess li jappoġġja lin-negozji li jinvestu fin-nies tagħhom, iħarsu lejn opportunitajiet ġodda u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta.

 

Huwa nnota wkoll b’sodisfazzjon l-investiment li l-kumpanija għamlet biex ikollha operat sostenibbli u ddeskriva l-istess investiment bħala wieħed parallel mal-viżjoni tal-Gvern għal enerġija nadifa u prattiċi ambjentali sostenibbli.

 

Il-kumpanija Burmarrad Group fil-fatt investiet f’sistema fotovoltajka li kapaċi tiġġenera 1.2 miljun unit ta’ enerġija nadifa fis-sena, sistema li tiġbor 1.5 miljun litru ta’ ilma tax-xita, kif ukoll sistema ta’ riċiklaġġ fosthom ġbir ta’ żjut u rimi responsabbli ta’ batteriji.

 

Id-Direttur ta’ Burmarrad Group Mario Gauci Jr qal illi mas-snin u għas-snin li ġejjin il-kumpanija se tibqa’ tinvesti f’Malta minħabba ekonomija li qegħda tkompli tikber u anke investiment lejn pajjiżna li qed ikompli jiżdied.

 

Burmarrad Group huwa wieħed mill-fornituri ewlenin ta’ servizzi ta’ vetturi u ta’ mobilità f’Malta. Il-kumpanija toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi, fosthom il-manifattura ta' vetturi, manutenzjoni, tiswijiet, kiri, leasing, assistenza fit-triq u konverżjonijiet speċjalizzati ta' vetturi. Il-Grupp ġie mwaqqaf fl-1984 minn Mario Gauci, fundatur u Chairman.

 

Jakkumpanja lill-Prim Ministru waqt din iż-żjara kien hemm il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetizzjoni Ewropea tat-Taekwondo b’parteċipazzjoni ta’ atleti minn diversi pajjiżi

PR261997

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetiz...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Representatives meets US Ambassador Somers Farkas

PR261996en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Repr...

More Press Releases Right arrow