DELEGAZZJONI PARLAMENTARI TATTENDI L-44 KONFERENZA TAL-KUMITATI PARLAMENTARI GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ TAL-UNJONI EWROPEA
pr1932
22/10/2010
| Id-Deputati Dr Frans | Agius u d-Deputat Dr Luciano Busuttil ser jattendu l-44 Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej tal-Unjoni Ewropea (COSAC) li ser issir fi Brussel bejn l-24 u s-26 t’ Ottubru 2010. |
| Din il-konferenza | tiltaqa’ kull sitt xhur fil-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea. |
| Fost it-temi | għad-diskussjoni ser ikun hemm l-iżvilupp sostenibbli fix-xenarju tal-viżjoni 2020 tal-UE u l-futur ta’ COSAC wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. |
| Apparti laqgħa ta’ | Jose Manoel Barroso, President tal-Kummissjoni Ewropea, u ma’ Herman van Rompuy, President tal-Kunsill Ewropew, ser ikun hemm ukoll diskussjonijiet importanti dwar il-Politika ta’ Difiża Komuni fl-Unjoni Ewropea u dwar il-kontroll parlamentari fuq din l-istess politika. |
Other Press Releases:
PR261998
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jż...
PR261997