Left arrow Go Back

85,000 Vaċċin kontra l-influwenza staġjonali jibdew jingħataw bla ħlas lil  dawk eliġibbli

pr1931
Date Icon 22/10/2010
Hekk kif se jibda l-perjoduli matulu l-influwenza staġjonali hija l-aktar komuni, il-Gvern qiegħed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jilqa’ għal din l-influwenza permezz tal-vaċċin relatat.  Għal darb’oħra dan il-vaċċin qiegħed jiġi offrut bla ħlas lil  faxxa wiesgha tas-soċjeta’.
Is-SegretarjuParlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea qal li għalkemm l-influwenza tolqot lill-popolazzjoni kollha, l-aktar vulnerabbli huma l-anzjani u dawk li jbatu minn problemi mediċi.
L-influwenza tista’twassal għall-kumplikazzjonijiet serji, bħall-pneumonia u huwa stmat li bejn 20,000 u 40,000 persuna jmutu bl-influwenza fl-Unjoni Ewropea.
Il-vaċċintal-influwenza se jibda jitqassam bla ħlas miċ-Ċentri tas-Saħħa minn-nhar it-Tnejn li ġej, 25 ta’ Ottubru 2010 f’dawn il-ħinijiet:

·        Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-10.30a.m. sas-1.00p.m.

·        Is-Sibt mill-10.00a.m. sa nofsinhar 

Fl-ewwel gimgħatejn,il-vaċċin se jingħata wkoll mit-Tnejn sas-Sibt bejn l-4.00pm u s-7.00pm miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Furjana u Raħal Ġdid.
Il-Gvern se jqassam85,000 vaċċin bla-ħlas lill-dawk li jaqgħu f’dawn il-kategoriji:.

·     Professjonisti tas-saħħa u ħaddiema li għandhom kuntatt mal-pazjenti.

·     Ħaddiema ta’ istituzzjonijiet u djar tal-anzjani

·     Residenti fid-djar tal-anzjani

·     Studenti li jattendu skejjel għall-persuni b’diżabilita’

·     Persuni ’l fuq minn 55 sena

·     Tfal bejn 6 xhur u 4 snin

·     Persuni li jbagħtu minn mard kroniku tal-pulmun, qalb, fwied, kliewi u dijabete

·     dawk li ghandhom is-sistema ta’ difiża tagħhom dagħjfa (jinkludu nies li għandhom l-HIV u l-AIDS)

·     Il-persuni li jkunu rikoverati l-isptar fil-perjodu tal-vaċċinazzjoni (ikunu jistgħu jieħdu l-vaċċin mill-isptar)

·     Persuni taħt il-55 sena jridu jġibu evidenza ta’ waħda minn dawn:

§        Il-Karta ta’ Schedule IV

§        ċertifikat mediku

Ħaddiema f’dawn is-setturi jistgħu jieħdu l-vaċċin bla ħlas:

·        Korp tal-Pulizija

·        Forzi Armati

·        Protezzjoni Civili

·        Ċentri ta’ Detenzjoni u open centres

·        Servizzi Veterinarji

·        Abattoir

·        Dipartiment tat-Tindif

·        Uffiċjali tad-Dwana

·        Bdiewa li jrabbu t-tiġieġ

·        Ħaddiema u priġunieri fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin

54 Kunsill Lokali f’Malta u f’Għawdex se jamministraw il-vaċċin lir-residenti tal-lokal tagħhom. Dawk il-persuni li ma nkitbux mal-Kunsill Lokali, jistgħu jmorru ghall-vaċċin miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-ħin indikat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ

PR261998

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jż...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetizzjoni Ewropea tat-Taekwondo b’parteċipazzjoni ta’ atleti minn diversi pajjiżi

PR261997

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetiz...

More Press Releases Right arrow