Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1924
Date Icon 21/10/2010

L-Oppożizzjoni taħbi r-realtà ekonomika dinjija

L-istqarrija tal-Onor. Sammut tkompli turi l-livell baxx ta’ Oppożizzjoni maqtugħa mir-realta’. Din l-istqarrija tiegħu, tkompli tikxef il-qerq tal-Oppożizzjoni li taħbi dak li qed jiġri madwar id-dinja u tinqeda b’sitwazzjonijiet bħalma hu l-għoli internazzjonali tal-ġwież għal skopijiet ta’ politika partiġjana rħisa. L-Onor. Sammut fl-istqarrija tiegħu implika b’mod żbaljat li l-għoli fil-prezz tal-qamħ u ċ-ċerejali huwa riżultat tal-politika tal-Gvern u li qisu ma żdiedx fid-dinja. Fl-istess waqt jgħid li f’Malta l-prezz għola għaliex hawn min qed jisraq u jabbuża. Ir-realtà hi li l-prezz internazzjonali jkollu impatt fuq Malta.

Huwa tal-iskantamentkif il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar il-biedja ma jafx x’qed ikun ikkomunikat mill-Kummmissjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Flimkien ma’ din l-istqarrija qed ikunu ippubblikati żewġ tabelli maħruġa mill-istess Kummissjoni l-ġimgħa li għaddiet sabiex l-Oppożizzjoni tagħraf iċ-ċaqlieq tal-prezzijiet fis-suq internazzjonali. Il-Gvern jinsab f’kuntatt kontinwu mal-Koperattivi u l-importaturi taċ-ċereali dwar din is-sitwazzjoni.
L-istqarrijatal-Oppożizzjoni tkompli tikkonferma għal darb’ oħra kemm l-oppożizzjoni moħħha biss biex tilgħab għall-gallarija. Jekk il-kelliem tal-Oppożizzjoni għandu xi soluzzjoni l-Gvern lest li jisma’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  Il-Prim Ministru Robert Abela jżur kumpanija li qed tinvesti €3 miljun fil-manifattura u t-taħriġ

PR261998

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela jż...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetizzjoni Ewropea tat-Taekwondo b’parteċipazzjoni ta’ atleti minn diversi pajjiżi

PR261997

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Malta tilqa’ kompetiz...

More Press Releases Right arrow