Esibizzjoni ta’ artisti Ghawdxin fil-Palazz ta’ San Anton
pr1709
07/10/2009
| Il-Palazz ta’ San Anton qed jilqa’ x-xogħlijiet | artistiċi ta’ talenti Għawdxin hekk kif il-bieraħ il-President George Abela inawgura esibizzjoni ta’ tlettax-il-artist Għawdxi bl-iskop li tingħata l-opportunita’ ta’ promozzjoni lit-talenti lokali u fl-istess waqt jinġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. |
| L-esibizzjoni saret fuq stedina tal-President | George Abela meta waqt ‘Lejliet Lapsi’, f’Mejju li għadda, il-President Abela żar esibizzjoni b’xogħol ta’ artisti Għawdxin u kien f’din l-okkażjoni li stieden lill-artisti Għawdxin biex itellgħu esibizzjoni f’San Anton. |
| Il-Ministru Giovanna Debono rringrazzjat lill-President | Abela ta’ din l-istedina mhux biss għall-opportunita’ unika li qed tingħata lil dawn l-artisti sabiex jesibixxu fil-Palazz ta’ San Anton, iżda wkoll għall-għan nobbli li hemm warajha, dik li tgħin lill-Malta Community Chest Fund. Il-Ministru rreferit għall-preżenza ta’ talent artistiku relattivament qawwi fil-gżira ta’ Għawdex. |
| Il-President George Abela qal illi din hija | biss waħda minn ħafna inizjattivi ġodda bi skop li jinġabru flus għall-Malta Community Chest Fund, li f’dan il-każ 25 fil-mija tal-qliegħ imur għall-fond. Fost dawn l-attivitajiet ġodda hemm il-kunċert Rockestra li sar ix-xahar li għadda. Il-Malta Community Chest Fund qed taħdem ukoll għall-Istrina u l-attivitajiet marbutin magħha, bħalma huma il-Fun Run mill-Palazz ta’ San Anton sal-Palazz il-Belt Valletta fis-6 ta’ Diċembru, kif ukoll dik tal-Irkant ta’ pitturi u skultura tal-aqwa artisti Maltin u barranin li se ssir nhar il-11 ta’ Diċembru 2009. |
| Il-President George Abela qal li bosta mix-xogħlijiet | jirriflettu l-identita’ Għawdxija speċjalment dawk li juru xeni mill-gżira sabiħa ta’ Għawdex, xeni bħalma huma dawk tat-Tieqa tad-Dwejra u dik li nafuha bħala l-Ġebla tal-Ġeneral kif ukoll oħrajn taċ-Ċitadella, Marsalforn u l-Ghasri. Hemm xogħol astratt li jesprimi l-individwalita’ tal-artist kif ukoll numru ta’ skulturi fil-ġebel, fuq l-injam u anke taċ-ċeramika. Kwadru partikolari huwa wieħed replika ta’ xogħol ta’ Caravaggio b’teknika magħrufa bħala “pyrogaphy” fejn l-artist jaħraq l-injam biex joħloq marki varji sabiex fl-aħħar jirriżultaw fi kwadru komplut. |
| Din hija t-tieni esibizzjoni li qed tittella’ | fil-Palazz ta’ San Anton u hija wkoll l-ewwel waħda li fiha qed ikunu esibiti pitturi u skulturi varji ta’ artisti Għawdxin. L-artisti li qed jipparteċipaw f’din l-esibizzjoni huma: Anthony Camilleri, Chris Saliba, Denis Mompalao, George Scicluna, John Grima, Justin Falzon, Mario Abela, Mario Agius, Mark Sagona, Paul Falzon, Paul Stellini, Victor Agius u Vince Caruana. L-esibizzjoni qed tittella’ bil-kollaborazzjoni tat-taqsima tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987