Lejl f’Casal Fornaro 2009 ... Edizzjoni akbar minn qatt qabel
pr1708
07/10/2009
| Nhar is-Sibt 17 t’Ottubru se tiġi organizzata | it-tielet edizzjoni tal-attività ‘Lejl f’Casal Fornaro’. Ħal Qormi mistenni li jilqa’ fi ħdanu bosta viżitaturi ta’ kull età għal numru ta’ attrazzjonijiet li joffru diveritment kulturali. |
| Dan l-avveniment ikkwalifika taħt l-iskema | tal-attivitajiet kulturali tal-Kunsilli Lokali maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, u qed jiġi ko-ordinat mill-Kunsill Lokali u organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi. Waqt it-tnedija tal-attività, Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni faħħar din l-inizjattiva li qed tgħaqqad flimkien mat-80 voluntier u li hu stmat li għaliha attendew 25,000 is-sena l-oħra. |
| L-attività ser tkun estiża f’firxa iktar | wiesgħa ta’ toroq mis-snin preċedenti, li fihom se jiġu esposti numru ta’ snajja u drawwiet marbuta ma’ Ħal Qormi, ewlenija fosthom il-produzzjoni tal-ħobża Maltija u diversi prodotti oħra magħmulin mill-qamħ li huma moħmija f’diversi fran f’Ħal Qormi. Dawn il-prodotti llum huma meqjusa mhux biss bħala prodott tradizzjonali, iżda prattikament bħala s-simbolu tal-lokal. |
| Partikolarment fi żmien il-Kavallieri ta’ San | Ġwann, Ħal Qormi kien jinkorpora fih diversi mtieħen u fran li kienu jissupplixxu l-Belt Valletta u bosta palazzi bil-ħobż tagħhom. Għalhekk kemm il-darba kienet issir referenza għal Ħal Qormi bħala Casal Fornaro – il-lokal tal-furnara. |
| L-organizzaturi tal-attività, fil-parti l-kbira | żgħażagħ, qed jaħdmu biex flimkien itellgħu diversi wirjiet ta’ interess, fosthom dawk artistiċi, kif ukoll varjetà ta’ mużika permezz tat-terramaxka, għana, u baned. Apparti l-Big Band Brothers, ser ikunu qed jingħaqdu flimkien seba’ baned minn irħula differenti li għandhom l-isem tagħhom marbut mal-Ordini tal-Kavallieri, u li għall-ewwel darba fl-istorja mużikali ser idoqqu flimkien fit-toroq tal-Belt Pinto. |
| Ta’ attrazzjoni wkoll se jkunu sitt | produzzjonijiet teatrali fit-toroq, ispirati mill-kitbiet ta’ George Żammit, George Mifsud Chircop, Ġuże Ellul Mercer kif ukoll Trevor Żahra. Ser ikun hemm ukoll esibizzjonijiet ta’ fotografija u se jkun miftuħ ix-xelter f’dik li kienet l-Armerija tal-lokal, b’esibizzjoni marbuta mal-gwerra. |
| Qed jitħejjew ukoll diversi attrazzjonijiet | fosthom pudina ta’ daqs enormi li l-qligħ tagħha se jmur għal Puttinu Cares, kif ukoll Dar tal-Ħelu lifesize. Dan filwaqt li se jiġi servut ikel tradizzjonali minn diversi stands, bħal ftira Qormija, fniek u majjal servut fil-ħobż Malti, imbejjed lokali u ħlewwiet tradizzjonali. |
| Numru ta’ snajja’ ser jerġgħu jieħdu l-ħajja | f’din l-attività. Dawn jinkludu dawk tal-landier, il-ħaddied, l-arġentier, l-induratur u l-iskultur. Il-bejjiegħ tal-bigilla u tal-ħalib se jduru mat-toroq bil-bhejjem tagħhom sabiex jipprovdu s-servizz lill-viżitaturi. Anzjani Qriema ser jesebixxu ix-xogħol tal-arkett, ganutell u bizzilla fost l-oħrajn. |
| Wara s-suċċess miksub f’edizzjonijiet oħra, | il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi qed jara li jkun provduti aktar spazju ta’ parkeġġ, fosthom fil-ground tal-futbol kif ukoll il-parkeġġ tal-PAVI shopping complex. |
Il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ biex jiġi għall-attività b’ilbies tradizzjonali biex jerġa’ jidħol fl-ispirtu tal-ħajja tal-passat ta’ Ħal Qormi. Is-sit www.casalfornaro.com qed jipprovdi informazzjoni dettaljata tal-attività.
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987