Il-Gimgha Nazzjonali taz-Zghazagh se ssir fil-Valletta Waterfront
pr1706
07/10/2009
| “Aktar minn sittin attività se jkunu qed | jittellgħu fi tmiem din il-ġimgħa fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Nazzjonali taż-Żgħażagħ; okkażjoni oħra biex nesponu l-enerġija u t-talenti taż-żgħażagħ.” |
| Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari | għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha ingħataw id-dettalji tal-programm tal-Ġimgħa Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività se tkun qed tittella’ minn għada l-Ħamis 8 t’Ottubru sal-Ħadd 11 t’Ottubru fil-Valletta Waterfront. |
| Clyde Puli qal li għal din is-sena aktar minn | 22 organizzazzjoni taż-żgħażagħ se jkunu qed itellgħu ammont t’attivitajiet li jvarjaw minn diskussjoni għal sport, seminars, workshops kif ukoll logħob ieħor ta’ avventura. |
| B’kollox se jkun hemm total ta’ 10 | diskussjonijiet, li t-temi tagħhom ivarjaw mill-volontarjat, sehem iż-żgħażagħ fis-soċjetà kif ukoll ir-relazzjoni bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani. Se jkun hemm ukoll kunċerti minn bands stabbiliti fosthom Skimmed, Footprints kif ukoll Airport Impressions. Żona oħra li se tiġbed attenzjoni partikolari se tkun dik tal-Hip Hop u Breakdance li se jagħtu esebizzjonijiet ta’ dan l-isport li qed isir dejjem aktar popolari fost iż-żgħażagħ. |
| Attività oħra interessanti se tkun dik ta’ | logħob avventuruż organizzat mill-iscouts. Fost oħrajn se jkun hemm camping kif ukoll bini ta’ pont avventuruż li fuqu se jkunu qed jaħdmu kemm l-iscouts kif ukoll dawk kollha li jkunu jridu esperjenza ta’ din l-avventura. |
| L-attività se tkun indirizzata wkoll | għall-istudenti tal-iskejjel. Aktar minn tliet mitt student se jkunu qed jattendu għal diskussjoni u anke għal xi attivitajiet sportivi li se jsiru fuq medda ta’ jumejn. |
| Clyde Puli sostna li l-parteċipazzjoni ta’ | ammont sabiħ ta’ żgħażagħ se tkun qed jirrifletti l-enerġija ta’ din il-ġenerazzjoni. Għaldaqstant hu ħeġġeġ biex iż-żgħażagħ jattendu u jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet li se jkunu qed jiċċelebraw iż-żogħżija. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987