Stqarrija kongunta bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Zghazagh u Sport u s-Segretarjat Parlamentari ghas-Sahha
pr1702
07/10/2009
| Kif kien tħabbar, l-istudenti kollha li | kellhom il-kwalifiki meħtieġa sal-31 t’Awissu kienu aċċettati biex isegwu l-korsijiet fin-Nursing fl-Universita’ ta’ Malta. Tant hu hekk li filwaqt li oriġinarjament kienu se jiġu aċċettati 140 student għall-korsijiet tal-Baċellerat u d-Diploma fin-Nursing, fil-fatt ġew aċċettati 25 student ieħor biex isegwu dawn iż-żewġ korsijiet. Dan ifisser li waqt li s-sena l-oħra kienu daħlu 90 student, din is-sena akkademika, l-Universita’ ta’ Malta aċċettat 165 student. |
| B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-kelliem | tal-Oppożizzjoni għall-Politika Soċjali Michael Farrugia, irid jingħad li s-Segretarjat Parlamentari tas-Saħħa ħa l-inizjattiva li jagħmel kampanja li tħajjar aktar studenti lejn il-professjoni tan-Nursing. Din il-kampanija tant kienet ta’ suċċess li din is-sena kien hemm 75 student iktar li se jsegwu l-kors tan-nursing fuq is-sena l-oħra. Dan juri l-impenn tal-Gvern li qed jipprova jattira aktar żgħażagħ lejn karriera fis-settur tas-saħħa. |
| Kif tħabbar mill-Gvern u mill-Universita’ ta’ | Malta, l-istudenti li joqogħdu għar-resits u għaddew, ingħataw career guidance biex ikunu jistgħu jagħżlu korsijiet fis-settur tas-saħħa. |
| Din is-sena, l-Institute of Health Care | aċċetta numru akbar ta’ studenti fil-korsijiet li qed jiġu pprovduti fis-settur tas-saħħa. In-numru ta’ studenti ġodda għas-sena akkademika hija ta’ 336 f’korsijiet differenti bħal nursing, occupational therapists, midwifery, physiotherapists, etc. |
| L-istudenti li applikaw għad-Diploma | fin-Nursing u m’għandhomx il-livell meħtieġ ta’ sitt eżamijiet fil-livell ordinarju se jsirilhom, aktar tard dan ix-xahar, il-proficiency test biex jiġi determinat jekk jistgħux isegwu l-kors tad-diploma fin-nursing jew korsijiet oħra fil-qasam tas-saħħa. |
| Sadanittant il-Gvern u l-Universita’ qegħdin | f’taħditiet kontinwi biex jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iżidu n-numru ta’ postijiet ta’ studenti mhux biss fin-Nursing imma wkoll fil-professjonijiet kollha tal-qasam tas-saħħa. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987