ID-DIRETTIVA DWAR IS-SERVIZZI U L-ATT DWAR IN-NEGOZJI Ż-ŻGĦAR FUQ L-AĠENDA TAL-MEUSAC
pr1699
06/10/2009
Fil-laqgħa tal-Core Group tal-MEUSAC li saret fis-6 ta’ Ottubru, saru diskussjonijiet dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar is-Servizzi u l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa.
Id-Direttiva dwar is-Servizzi
| L-għan tad-Direttiva dwar is-Servizzi | (2006/123/KE) huwa li tagħmel progress lejn Suq Intern ġenwin fis-Servizzi, sabiex, fl-akbar settur tal-ekonomija Ewropea, kemm in-negozji kif ukoll il-konsumaturi jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jippreżenta. |
| Id-Direttiva taħseb biex fl-Istati Membri | kollha, jiġi ffaċilitat il-proċess li bih intrapriża tkun tista’ tipprovdi s-servizzi tagħha fi Stat Membru ieħor. Tapplika għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ servizzi. Minbarra li tirrikjedi lill-Istati Membri jieħdu miżuri leġiżlattivi konkreti, id-Direttiva titlobhom jimplimentaw varjetà ta’ miżuri prattiċi bħal punt wieħed ta’ kuntatt għall-fornituri tas-servizzi, proċeduri elettroniċi u kooperazzjoni amministrattiva. Tintroduċi wkoll mezzi innovattivi, bħar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-proċess ta’ evalwazzjoni reċiproka. |
| Id-Direttiva ġiet adottata fit-12 ta’ | Diċembru 2006 u jkollha tiġi implimentata mill-Istati Membri tliet snin wara l-pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Diċembru 2009. F’Malta l-proċess għall-implimentazzjoni tad-Direttiva beda f’dawn l-aħħar snin u qed jitmexxa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. Fit-2 ta’ Ottubru ġie ppublikat Abbozz ta’ Liġi biex jistabilixxi disposizzjonijiet ġenerali li jiffaċilitaw it-tħaddim tal-libertà ta’ stabbiliment għal provdituri ta’ servizzi u l-libertà ta’ servizzi fis-suq intern u biex jimplimenta d-Direttiva 2006/123/KE. |
| B’mod ġenerali l-Membri tal-Core Group, qablu | li l-implimentazzjoni tad-Direttiva tas-Servizzi se toħloq diversi opportunitajiet għall-intrapriża. Huma qajmu diversi punti, fosthom li: |
| is-setturi kkonċernati għandhom jkunu | infurmati dwar l-implimentazzjoni u għandhom ikunu involuti fil-proċess ta’ diskussjoni, partikolarment dwar kif se jintlaqtu bit-tibdiliet fil-liġijiet li jridu jsiru minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva; l-introduzzjoni ta’ ecommerce għall-intrapiżi hija inizjattiva pożittiva; għandu jiġi evitat li persuni jew intrapriżi b’kundizzjonijiet inferjuri ta’ xogħol minn dawk li ngawdu f’Malta jistabilixxu s-servizzi tagħhom f’pajjiżna b’mod temporanju; l-ambaxxati jistgħu jintużaw biex jgħinu lill-intrapriżi jistabilixxu s-servizzi tagħhom barra minn xtutna; titħares il-kompetittività tal-intrapriżi Maltin vis-a-vis intrapriżi barranin li jistabilixxu ruħhom f’Malta; għandhom jiġu indirizzati aħjar dawk li huma bla xogħol jew dawk li huma mhedda li jispiċċaw bla xogħol minħabba nuqqas ta’ ħiliet; l-istess regoli japplikaw għall-professjonisti Maltin u dawk minn Stati Membri oħra tal-UE. |
L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
| L-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa, | addottat fl-2008, jaħseb biex għall-ewwel darba ikun stabbilit qafas ta’ politika komprensiva għall-UE u għall-Istati Membri tagħha permezz ta’: |
| • sett ta’ 10 prinċipji biex ikunu ggwidati | l-kunċett u l-implimentazzjoni tal-politiki kemm fuq il-livell ta’ l-UE kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri. Dawn il-prinċipji huma essenzjali sabiex jinġieb valur miżjud fuq il-livell tal-UE, jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għall-SMEs kollha u jittejjeb l-ambjent legali u amministrattiv ma’ l-UE kollha; • sett ta’ proposti leġiżlattivi ġodda li jkunu ggwidati mill-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”; • sett ta’ miżuri ta’ politika ġodda li jimplimentaw dawn l-10 prinċipji skont il-ħtiġiet tal-SMEs kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri. |
| Il-Membri tal-Core Group qalu li għandu jkun | hemm aktar flessibilità mis-Settur Pubbliku vis-a-vis is-servizzi li joffri għall-intrapriżi, kif ukoll li jsiru l-ħlasijiet dovuti lis-settur privat minn awtoritajiet tal-Gvern, fosthom mill-iskemi bħal ma’ huma l-Employment Aid Programme u t-Training Aid Framework biex ma jintilfux fondi tal-UE. Issemma wkoll l-introduzzjoni ta’ skemi li jiffaċilitaw id-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol. |
| Il-preżentazzjoni dwar l-implimentazzjoni | tad-Direttiva tas-Servizzi u dik dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa saret mis-Sur Anton Spiteri mid-Direttorat għall-Politika dwar l-Intrapriżi fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment. |
| Preżenti għal-laqgħa tal-Core Group, li | kienet ppreseduta mis-Segretarju Parlamentari Dott. Chris Said kien hemm: Dott. Vanni Xuereb (Kap tal-MEUSAC), is-Sur Julian Micallef (Segretarju), is-Sinjorina Graziella Pullicino (A/Kap, Segretarjat UE fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru), is-Sur Carmel Cacopardo (Alternattiva Demokratika), is-Sur Tonio Mercieca (Azzjoni Nazzjonali), is-Sur Arthur Rossi (CMTU), is-Sur Vince Farrugia (GRTU), is-Sur Kevin Borg u l-Inġ. Ray Muscat (MCCEI), Dott. Paul De Battista (Malta Employers’ Association), is-Sur Jesmond Bonello (UĦM), is-Sinjura Grace Attard, is-Sur Benjamin Rizzo u s-Sur Julian Zarb (rappreżentanti tas-soċjetà ċivili), kif ukoll sostituti u membri tal-istaff tal-MEUSAC. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987