STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1679
03/10/2009
| STQARRIJA MILL-AGENZIJA TAL-PAGAMENTI | FIL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI |
| B’referenza għal kummenti li | dehru f’sezzjonijiet tal-istampa l-Aġenżija tal-Pagamenti fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali tikkjarifika li ma hemm l-ebda diskriminazzjoni fl-għażla ta’ min hu ntitolata sabiex jibbenifika mill-għoti ta’ prodotti tal-ikel lil min hu fil-bżonn. Il-kriterji għad-distribuzzjoni tal-ikel għal min hu l-aktar fil-bżonn ilhom jiġu ntużati sa mill-2005 jiġifieri minn meta bdiet tiġi mplimentata din l-iskema. Il-kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropea intużati jintitolaw lill; |
| 1) Persuni li jaqgħu taħt | il-livell tal-għixien bażiku; |
| 2)Persuni li joqgħodu | f’istituzjonijiet non governattivi bħal orfanatrofji u; |
| 3) Persuni li jirrikjedu | l-assistenza soċjali. |
| Dawn il-kriterji ilhom jintużaw | tajjeb għal dawn l-aħħar snin u dan jista’ jiġi kkonfermat mill-Uffiċċji Parrokjali u l-Għaqdiet Non Governattivi li jaħdmu u jikkoperaw flimkien mal-YMCA sabiex issir id-distribuzzjoni tal-ikel lill-benificcjarji. Dawn il-kriterji jgħinu sabiex jitqassam l-ikel bl-aktar mod ġust lill kull min hu intitolat għalihom. Meta l-istocks ikunu limitati il-kriterji użati jkunu f’din l-ordni; |
| 1) | Persuni fil-pusses ta’ ċertifikat tas-sigurta’ soċjali; |
| 2) | Orfanatrofji u; |
| 3) | Istituzjonijiet oħrajn li jieħdu ħsieb lil dawk l-aktar fil-bżonn. |
| L-Awtorita’ kompetenti kienet u | hija wkoll dejjem lesta li tikkonsidra każijiet ta’ persuni jew familji li jersqu quddiema sabiex jibbenifikaw mill-iskema anki jekk ma jaqgħux taħt dawn il-kriterji. Dan kollu juri kemm f’din l-iskema ma teżisti l-ebda diskriminazzjoni ta’ razza, sess jew nazzjonalita’. L-Aġenzija tal-Pagamenti tiċċara wkoll il-fatt li hi dejjem inkoraġġiet entitajiet Parrokjali kif ukoll Għaqdiet Non Governattivi sabiex jipparteċipaw biex b’hekk jibbenifikaw kemm jista’ jkun nies fil-bżonn. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987