Left arrow Go Back

MILL-PREISTORJA SAL-ERA DIGITALI – ATTIVITÀ TAL-KUNSILL LOKALI QRENDI

pr1677
Date Icon 02/10/2009
Il-Kunsill Lokali Qrendi bil-kollaborazzjonitas-Segretarjat Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni qed jorganizza l-attivita` kulturali ’Mill-Preistorja sal-Era Diġitali’ bejn l-Erbgħa 14 u l-Ħadd 18 ta' Ottubru 2009.
L-attivitajiet matul il-firxa ta’ ħamest ijiemser ikunu varjati.  L-avveniment jibda bi ftuħ ta' wirja artistika b’tema storika u kulturali specjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-raħal tal-Qrendi. F’din il-wirja li ser tinfetaħ mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, ser ikunu qed jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom madwar 24 artist li uħud minnhom huma wkoll mir-raħal tal-Qrendi. Din il-wirja artistika tibqa' miftuħa sal-Ħadd f’nofsinhar.
Il-Ħamis 15 ta' Ottubru ser issir taħditafl-Iskola Primarja tal-Qrendi dwar it-Tempji Preistoriċi ta' Hagar Qim u l-iMnajdra, dwar it-tibdil storiku li għadda minnu l-Qrendi matul is-snin kif ukoll dwar l-aspett religjuż tiegħu. Il-kelliema fil-panel ser ikunu Dr. Reuben Grima, Dr. Alexander Norton Welsh u s-Sur Tony Terribile.
Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-Kunsill Lokaliħaseb biex filgħodu jagħmel attivita` mal-istudenti tal-iskola primarja Filippu Żammit u l-iskola speċjali Helen Keller. Dawn iż-żewġ skejjel ser jingħaqdu flimkien biex ikomplu jkabbru l-idea ta' inklussivita` u jagħmlu żjara lit-Tempji ta' Ħagar Qim u l-iMnajdra. Wara jkollhom ċans jitkellmu ma' rappreżentanti tal-WasteServ Malta Ltd dwar is-separazzjoni tal-iskart.
Filghaxija mbagħad, fis-7:30pm, ser immorru lurafiż-żmien u jsir re-enactment ta' Tieġ Malti madwar it-toroq li jinsabu fil-qalba tar-raħal li ser ikunu mżejna miż-żewġ Soċjetatjiet tal-festi li nsibu fil-Qrendi. Wara dan ir-re-enactment issir Lejla Maltija fil-pjazza quddiem il-Knisja Parrokjali.
Is-Sibt 17 ta' Ottubru ser issir Cantatafil-Knisja Parrokjali bl-isem Irjieħ fil-Qolla fuq lirika ta' John Buttiġieġ u bis-sehem tal-Kor Sine Macula u l-Kor Magnificat. Cantata li ser teħodna minn żmien il-preistorja sa llum, l-era digitali.
Il-Ħadd 18 ta' Ottubru ser issir quddiesafl-10am fejn fiha jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-Parroċċa kollha u l-attivitajiet jagħlqu fis-2pm.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow