Left arrow Go Back

INAWGURATA L-WIRJA ĦXEJJEX, SAĦĦA U SPTARIJIET F’GĦAWDEX

pr1674
Date Icon 02/10/2009
F’għeluq l-20 anniversarju mit-twaqqiftas-sezzjoni ta’ l-Arkivju Nazzjonali f’Għawdex, qed tittella’ l-esebizzjoni Ħxejjex, Saħħa u Sptarijiet f’Għawdex fl-Arkivju Nazzjonali fir-Rabat Għawdex.
Permezz tad-dokumenti, inċiżjonijiet, pjantiu ritratti storiċi li huma esebiti, wieħed jista’ jieħu idea ta’ 500 sena ta’ prattika medika f’Għawdex. Min jattendi din il-wirja jinnota li jekk tqabbel lill-Għawdex, ma’ postijiet iżolati oħra, il-gżira kellha servizzi mediċinali relattivament tajbin. Dan għamel qabża kbira ‘l quddiem, bit-twaqqif ta’ l-ewwel sptar – l-Isptar San Ġiljan – nhar it-22 ta’ Frar, 1454. L-aħħar sptar, f’lista twila, kien l-isptar modern għall-morda mentali f’Ta’ l-Ibraġġ, li ġie inawgurat nhar is-17 ta’ Diċembru, 1994.
Wieħed jista’ jara wkoll kif nhar il-21 ta’Novembru, 1580, l-Università awtorizzat lil Alfio dello Re, wieħed mill-ġurati, biex imur sa Malta biex jipprova jikkonvinċi lil ċertu tabib Xerri biex jiġi joqgħod Għawdex. Kien awtorizzat ukoll biex jiddiskuti miegħu salarju aċċettabbli għaż-żewġ naħat, bl-Università kienet lesta li toħroġ parti sostanzjali mis-salarju.
Huwa possibbli li għal diversi snin lanqaskien hawn tabib residenti Għawdex. Mal-medda taż-żmien, l-Università impjegat aromatorio jew spiżjar, chirurgo jew persuna għall-operazzjonijiet, u fisico jew tabib. Is-servizz mediku fuq il-gżira tjieb meta fis-sena 1800, l-Ingliżi ħadu l-gżira taħt idejhom.
Sas-seklu dsatax, il-ħxejjex mediċinali, makinux biss pjanti li jagħtu togħma itjeb lill-ikel, iżda kienu rigal ta’ Alla biex jintużaw ħalli jħarsu l-bniedem mill-mard, u meta jimrad biex ifejquh.
Din il-wirja ġiet inawgurata mill-Kaptas-Segretarjat tal-Ministeru għal Għawdex, Anton Borg, f’isem il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. F’messaġġ li għamel għan-nom tal-Ministru Debono, is-Sur Borg qal li aspett ewlieni li joħroġ minn din l-esebizzjoni huwa l-fatt ta’ l-iżvilupp fil-qasam tal-kura u s-saħħa f’Għawdex matul iż-żminijiet.
Żied jgħid li wieħed għandu japprezza liminkejja ċ-ċokon tal-gżira, dan il-qasam dejjem ingħata attenzjoni u importanza mistħoqqa speċjalment meta mqabbel ma’ gżejjer oħra relattivament akbar minnha. Saħaq li din is-sitwazzjoni nistgħu ngħidu li għadha tgħodd anke f’dawn iż-żminijiet meta dan il-qasam, li hu tant validu għas-soċjetà, għadu jingħata u ser ikompli jingħata l-prijorita’ li tistħoqqlu.
Il-wirja Ħxejjex, Saħħa u Sptarijietf’Għawdex ser tibqa’ miftuħa sas-Sibt 17 ta’ Ottubru, mit-Tnejn sas-Sibt, bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. Min iżur din il-wirja jista’ jixtri bi prezz nominali katalogu ta’ l-esebizzjoni u kartolina bħala tifkira maħruġa għall-okkażjoni f’numru limitat. Il-katalogu tħejja mir-Rev. Dr Joseph Bezzina, li hu wkoll Assistent Arkivist Nazzjonali.

Fost dawk preżenti kien hemm ukoll l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, is-Sur Anton Tabone, is-Sur Joe Cassar u s-Sindku tal-Belt Victoria, Dr Samuel Azzopardi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow