Left arrow Go Back

IMWAQQFA KUMMISSJONI GĦAR-REVIŻJONI TAL-POLICIES TAL-MEPA

pr1673
Date Icon 02/10/2009
Bħala parti mill-proċess tar-riforma tal-MEPA,il-Gvern wiegħed li jiżviluppa u jippubblika kompendju – jiġifieri ġabra ta’ policies u l-proċeduri kollha uffiċjali tal-MEPA, li jiggwidaw il-proċess intern tagħha. Dan il-kompendju għandu jservi ta’ manwal u jipprovdi direzzjoni ċara fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-policies u proċeduri sabiex b’hekk tkun assigurata l-konsistenza fl-interpretazzjoni tal-policy mill-uffiċjali kollha tal-MEPA. Għal dan il-għan, kien deċiż li titwaqqaf Kummissjoni ad hoc.
Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentarigħat-Turiżmu, l-Onor. Mario de Marco f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha qal li l-Kummissjoni se tkun qed teżamina l-policies eżistenti u b’mod aktar speċifiku se tidentifika: dawk il-policies li m’għadhomx validi u saru obsoleti; policies kunfliġġenti; u policies li jew mhumiex prattiċi jew inkella li jistgħu jiġu integrati jew maqgħudin ma’ oħrajn sabiex titnaqqas il-burokrazija u jiddaħħlu aktar prattiċi ta’ better regulation għall-istakeholders kollha.
Din il-Kummissjoni se tkun magħmula minn erba’persuni:  Perit Raphael Axiaq – li se jirrappreżenta lil MEPA  Perit Tony Fenech Vella – li se jirrappreżenta lil MEPA Users Committee  Is-Sur Martin Galea – li se jirrappreżenta l-għaqdiet ambjentali mhux governattivi (eNGOs)  Perit David Pace
Dr de Marco qal li huwa importanti lininkwadraw il-ħidma li se tagħmel din il-Kummissjoni fil-kuntest tal-erba’ pilastri li fuqhom hija msejsa r-riforma:  Konsistenza – għax il-policies li fuqhom timxi l-MEPA jridu jkunu konsistenti u kredibbli;  Effiċjenza – għax iktar ma jkun hemm streamlining, aktar se tinħoloq effiċjenza u better regulation;  Kontabbiltà – għax ir-reviżjoni tal-policies se twassal biex dawn ikunu iktar ċari;  Infurzar – policies iktar ċari jwasslu għall-infurzar iktar prattiku u possibbli.
Fis-snin li għaddew, dik li kienet il-PAkienet tippubblika dak li kien jissejjaħ Planning Official Manual – li kien ikollu fih il-policies u l-liġi in vigore f’dak iż-żmien. Din il-pubblikazzjoni twaqqfet xi tmien snin ilu għax tant kienu qed jiddaħħlu policy documents ġodda fosthom pjanijiet lokali, development briefs u avviżi legali fiha, li l-ispejjeż tal-istampar għamlu dan il-proċess għoli wisq.
Dr de Marco qal li dan kien sostitwitbil-preżenza fuq il-websajt tal-MEPA, tad-dokumenti kollha relevanti taħt it-titlu Legislation and Policy. Hemmhekk wieħed jista’ jsib l-istorja kollha tal-policies kif evolvew iżda forsi mhuwiex faċli għall-pubbliku sabiex jara liema huma dawk id-dokumenti li huma attwalment in vigore.
Hu qal li kien għalhekk li fl-aħħar ġimgħat,il-MEPA bdiet il-ħidma sabiex tgħaqqad dawk id-dokumenti attwali u tagħmilhom fuq CD. Ovvjament dan il-proċess huwa wieħed kontinwu, imma d-disponibbiltà tad-dokumenti fuq CD se tiffaċilita l-użu tagħhom.
Għal dak li hu l-proċess tar-riformatal-MEPA, Dr de Marco qal li ‘għaddejjin skond il-pjani tagħna, u fil-fatt, kif stajtu taraw aktar kmieni din il-ġimgħa, dehru r-riklami fil-ġurnali sabiex ikunu ingaġġati n-nies li se jkunu fuq iż-żewġ bords tad-DCCs fuq bażi full-time sabiex kif wegħdna, dawn ikunu esklussivament iffukati fuq it-teħid ta’ deċiżjonijet dwar applikazzjonijiet ta’ żvilupp.’
Dr de Marco temm jgħid li l-Awtorità lbieraħnediet websajt ġdida fejn l-enfasi speċjali kienet li toffri l-klijenti tagħha u l-pubbliku, struttura ta’ informazzjoni aktar user-friendly biex wieħed jista’ jinnaviga iktar faċilment.
Din il-websajt li hija dinamika ħafna,qiegħda toffri wkoll servizz ġdid fejn turi separatament l-applikazzjonijiet kollha ODZ (Outside Development Zone) li tkun irċeviet il-MEPA matul il-ġimgħa. Din tindirizza miżura oħra li kienet issemmiet fid-dokument tar-riforma tal-MEPA, fejn kien ġie identifikat li aktar pubbliċità u għarfien għandhom jibdew jingħataw lil applikazzjonijiet li jkunu ODZ.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow