L-IMQABBA MAL-MEDDA TAŻ-ŻMIEN
pr1643
30/09/2009
| Bħalissa | għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-avveniment ‘L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien’, li se jiġi organizzat nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru, mill-Kunsill Lokali Mqabba. Il-programm bl-attivitajiet ġie mħabbar illum fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said. |
| Din | l-attività qed tieħu fondi mill-Iskema għall-attivitajiet kulturali mnedija mis-Segretarjat Parlamentari, u hi waħda mill-katina ta’ inċentivi kulturali li qed joħolqu l-kunsilli lokali fil-lokalitajiet tagħhom, permezz ta’ dan il-Fond, stqarr Dr. Chris Said. |
| Waqt din | is-serata, li tiftaħ fis-6.00 p.m., bosta postijiet madwar ir-raħal, fosthom l-Isptar il-Qadim ser ikunu miftuħa għall-pubbliku u jservu ta’ vetrina għall-epoka li fiha kienu jintużaw, permezz ta’ re-enactments minn atturi u wirjiet. |
| Il-Katakombi li hemm fil-lokalità, wkoll se | jservu ta’ attrazzjoni u ser ikun possibbli li wieħed jinżel iżurhom bl-għajnuna ta' gwidi. Wirja awdjo-viżiva li tiġbor l-istorja tal-katakombi se tkun qed tintwera barra l-post. |
| Il-pjazez | tal-Imqabba u l-madwar ser ikunu mimlija b’numru ta' mużicisti bi strumenti Maltin u kantanti. Fil-pjazza prinċipali ser tittella esebizzjoni ta' skultura fil-ġebla Mqabbija u se jintwera kif jinqata’ l-ġebel bil-makkinarju modern. Ta’ attrazzjoni ser ikunu tnejn mill-ewwel trakkijiet li kienu jġorru ġebel meta ġew introdotti l-vetturi bil-mutur f'Malta. Ta’ min isemmi li l-Imqabba kienet minn dejjem sinonima max-xoghol tal-ġebla Maltija. |
| Il-kunsill | lokali se jkun qed jiprovdi servizz ta' karozzini bla ħlas li ser idawwar lil dawk preżenti madwar il-parti l-antika tal-villaġġ. It-tfal ukoll ser ikollhom ir-rokna tagħhom b’logħob għalihom. |
| Fid-9.00 | p.m. ser jkun organizzat kunċert minn kantanti stabbiliti Maltin fosthom Freddie Portelli, il-Band ta' Philip Vella flimkien mal-kantanti Ludvig Galea, J Anvil, Debbie Scerri u Claudia Faniello. |
| Għad-dilettanti | tal-banda u marċi Maltin, se jkun hemm banda komposta miż-żewġ soċjetajiet mużikali tal-lokal. Ovvjament ma jonqosx ukoll il-logħob tan-nar, li wkoll jifforma parti mill-identità marbuta ma' dan ir-raħal. |
| Biex aktar | tiddomina l-atmosfera tipika ta' raħal Malti, studenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi, (ITS), ser jippreparaw quddiem il-pubbliku ikel tipiku Malti. Il-mejda b’ħelu tradizzjonali u fuq kollox id-dverni ta' l-inbid, ma jonqsux. |
| Matul | is-serata ser ikun qed jiġi preżentat fuljett gwida li jinkludi mappa dettaljata tal-postijiet kollha ta' interess u ta’ fejn ikunu qed isiru x-xeni drammatizzati. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987