Left arrow Go Back

DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ HON MARIO GALEA FIL-FTUĦ TAL-KONFERENZA “INFORMATION, INNOVATION, DYNAMISM” ORGANIZZATA MILL-MALTA CONTINENCE CARE ASSOCIATION – DOLMEN RESORT HOTEL, ST. PAUL’S BAY

pr1635
Date Icon 29/09/2009
Hu ta’ pjaċir għalija li nerġanindirizzakom fil-ftuħ ta’ din il-konferenza dwar l-inkontinenza.
Nibda billi nirrikonoxxi lil-ħidma tagħkom f’dan il-qasam ħafna drabi ssir fil-kwiet u fis-skiet.
Sfortunatament, il-kundizzjonital-inkontinenza fiha innifisha iġġib magħha ċerta mistħija.
Tabilhaqq ħasra.  Għax din hikundizzjoni li minkejja li hija komuni għadha mxekkla b’ċerta stigma.  U l-istigma ma taqax mill-ajru. Bħala socjeta’, diskorsna ta’ kuljum, mingħajr ma nafu u konvint mingħajr ma rridu, għadu jirifletti li l-inkontinenza għalina bħala poplu għadha xi ħaga ta’ żufjett. Tad-daħk. Kemm-il darba nisimgħu kliem bhal “Għamel taħtu bil-biża”.
Għax jekk jien għandi urinaryincontinence kif jista’ xi ħadd jippretendi li nitkellem bil-miftuħ dwarha meta naf li nista’ niġi labelled? Fil-verita’, aħna soċjeta’ li tħobb twaħħal it-tiketti.  “Dak miġnun. Dak m’aħniex. Dak beżżiegħ.” U sejrin. U f’kemm ili ngħidlek tispiċċa titlef l-identita’ tiegħek u tiġi ridott għal bħallikieku int sempliċi prodott fuq  xkaffa tas-supermarket.... bit-tikketta.
U allura meta nitkellmu fuql-inkontinenza qed nitkellmu fuq kundizzjoni. Kundizzjoni medika  jew psikoloġika.  Imma qed nitkellmu wkoll fuq emozzjonijiet. Kif tafu ħafna aktar minni, persuni bi problemi ta’ inkontinenza jispiċċaw iħossuhom priġunieri tal-kundizzjoni tagħhom.  Ħafna minnhom ma jistgħux igawdu l-ħajja to its full għax għandhom kundizzjoni li toħloq ċerti limitazzjonijiet. U sfortunatament l-inkontinenza hija kundizzjoni li ma tistax titkellem fuqha. Psikologi jgħidu li meta titkellem u taqsam l-esperjenza fuq il-kundizzjoni medika tiegħek you are acknowledging your condition u allura din tgħinek biex taċċetta l-kundizzjoni tiegħek.
U allura ma nkunx qed nesaġerameta ngħid li uħud mill-klijenti li taħdmu magħhom iħossuhom litteralment magħluqa f’gaġġa.
Konferenza bħal din hijaimportanti. Professjonisti bħalkom iridu jżommu rwieħhom aġġornati bir-riċerka li qed issir, b’sistemi ġodda ta’ kura, bi prodotti ġodda li hawn fis-suq grazzi għal-riċerka li saret u issir f’dan il-qasam.  Konferenza bħal din hija opportunita’ tajba ħafna biex tlaħħqu mal-iżviluppi li dejjem qegħdin iseħħu f’dan il-qasam.
Imma konferenza bħal din għandhawkoll isservi biex intom li taħdmu f’dan il-qasam taqsmu l-esperjenzi tagħkom.  Hawn ġew hawn minjiera ta’ esperjenza. Ta’ għarfien li jiġi mhux biss mill-kotba u mill-istudju iżda mill-fatt li intom qegħdin hands on. Taħdmu. Tiltaqgħu mal-pazjenti u klijenti tagħkom, u magħhom taqsmu l-piz tal-problema tal-inkontineza. Intom flimkien tfissru minjiera ta’ esperjenza u kulhadd, kull wieħed u waħda minnkom, għandu x’jitgħallem u x’jgħallem.
Qabel nagħlaq inħoss li nkun qednonqos jekk ma nerġax nagħmel appell biex bħala professjonisti nkunu viġilanti u naċċertaw biss li noffru servizz ta’ inkontinenza lil min verament ikun inkontinenti. F’San Vincenz biss, minn elf anzjan, jien informat li 723 juzaw in-nappies. Fis-sena li għaddiet fil-komunita’ ntużaw aktar minn 1,700,000 nappy.
Prosit ta’ din il-konferenza u grazzi mill-ġdidtal-opportunita’ biex nindirizzakom. Din il-konferenza se tibda propju meta tintemm. Għax din hi opportunita’ tajba ħafna biex intom taqsmu l-esperjenzi tagħkom. Minn għada ħafna minnkom se tmorru lura għax-xogħol. U terġgħu tibdew tħabbtu wiċċkom mal-problemi u l-pressjoni tax-xogħol li kif nafu lkoll ma jonqsu qatt.  Imma m’għandix dubju li xi ħaġa minn din il-konferenza se tibqa’. Xi ħaġa se tieħdu magħkom. U aktarx li xi ħaga se tippruvaw tbiddlu.  U meta tirritornaw lura għar-rutina tal-ħajja forsi l-aktar li se tibqgħu tgħożżu hija l-opportunita’ li tagħtikom konferenza bħal din. Dik li tagħmlu ħbiberiji ġodda u ssaħħu oħrajn antiki. Ħbiberiji ta’ kollegi li bħalkom qed jaħdmu f’dan il-mistier, ma’ dawn il-kljenti.
Grazzi talli qed taħdmu ma’ dawk li veramentgħandhom bżonn il-parir u l-għajnuna professjonali tagħkom. Grazzi talli fis-skiet, lil dawn il-klijenti, qed tagħmlulhom id-differenza.

Grazzi mill-qalb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow