Left arrow Go Back

LAQGĦA TAL-MINISTRI EWROPEJ TAD-DIFIŻA

pr1633
Date Icon 29/09/2009
Illum f'Gotenburg, l-Izvezja, ġiet fi tmiemha l-laqgħainformali tal-Ministri tad-Difiża tal-Unjoni Ewropea. Malta kienet rappreżentata mis-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said, li kien qed jirrappreżenta lill-Prim Ministru fil-kapaċità tiegħu bħala Ministru tad-Difiża għal Malta .
Is-Sorveljanza Marittima u l-iskopgħall-integrazzjoni ta' teknoloġiji differenti sabiex jippermettu lill-Istati Membri tal-UE li jkollhom stampa aktar sħiħa u komprensiva tal-ibħra tal-madwar, kienet waħda mill-punti fuq l-Aġenda tal-Ministri.
Din hija l-ewwel laqgħa tal-Ministri tad-Difiżatal-UE taħt il-Presidenza Svediża u twitti t-triq għall-Kumitat tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjoni Esterni (GAERC) fil-format tal-Ministri tad-Difiża li għandu jiltaqa' f'Novembru.
Apparti s-Sorveljanza Marittima, il-Ministriiddiskutew ukoll numru ta' punti oħra li ghandhom relevanza diretta għal Malta, inkluż l-operazzjoni UE navali EUNAVFOR ATALANTA li tipproteġi t-tbaħħir merkantili mill-pirati fl-ibħra barra mill-kosta tas-Somalja. Minħabba li Malta għandha waħda mill-akbar reġistri ta' bastimenti merkantili fid-dinja, għandha interess dirett fil-suċċess ta' din l-operazzjoni, u qed tikkontribwixxi għas-suċċess tal-operazzjoni permezz ta' skjerament ta' uffiċjal fil-kwartieri ġenerali fir-Renju Unit.
Il-Ministri tad-Difiża ddiskutew ukoll il-ħtieġagħal aktar kompetizzjoni fis-swieq tad-Difiża Ewropea u tat-tagħmir, kif ukoll il-kollaborazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri fl-akkwist tat-taghmir sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż. Id-diskussjoni ffukat ukoll fuq l-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar meta jwettqu operazzjonijiet immirati biex jiffaċilitaw il-ħolqien tas-sigurta u l-istabbilita’ fid-dinja, biex tkun minimizzata t-telf ta' ħajja fil-kunflitti u biex ikun faċilitat it-tfittix għal ħajja aħjar minn persuni affettwati minn kunflitti.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow