Left arrow Go Back

MALTA TINGĦATA ATTENZJONI SPEĊJALI FIL-MEDIA ĠERMANIŻA

pr1629
Date Icon 29/09/2009
Artikli dwar l-attrazzjonijietturistiċi għas-suq Ġermaniż
Malta ngħatat prominenza f’sezzjoni tal-mediaĠermaniża li tinqara on-line hekk kif is-sit elettroniku Gloobi.de ppubblika diversi artikli li jittrattaw lill-Malta mill-aspett turistiku b’enfasi ġenerali fuq l-istil ta’ ħajja li jgħixu l-Maltin u fuq x’toffri Malta lit-turist Ġermaniż.
Dawn l-artikli huma frott il-ħidmatal-Ambaxxata Maltija fil-Ġermanja, li permezz tal-Ambaxxatur Malti Dr John Paul Grech, qed jinżamm kuntatt regolari ma’ diversi ġurnali u siti elettroniċi li jistgħu jkunu ta’ għajnuna biex pajjiżna jissemma iktar fil-media internazzjonali. Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jibqa’ għaddej bil-kampanja tiegħu permezz tal-Ambaxxati u l-konsolati li għandu barra minn Malta, sabiex bil-ħidma tagħhom jibqgħu jkunu ta’ vetrina għall-Malta speċjalment fl-investiment dirett barrani u fit-turiżmu.
F’wieħed mill-artikli partikolari, Maltatitpinġa bħala destinazzjoni turistika mhux biss fix-xhur tas-sajf. Tant li fl-artiklu jingħad li fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru, Malta toffri klima xemxija u ferm isbaħ u rilassanti minn dik Ġermaniza. F’dan l-artiklu jissemma l-fatt li Malta qiegħda fl-Unjoni Ewropea u fiz-zona ewro, għaldaqstant hija iktar faċli għall-Ġermaniżi biex jiġu jżuru lill-pajjiżna. Fl-istess artiklu, Malta titqabbel ma’ destinazzjoni oħra turistika importanti fil-Mediterran, u l-artiklu jiffavorixxi iktar lill-Malta għaliex f’Ottubru għandha sigħat itwal ta’ xemx li t-turist jista’ jgawdi.
Fit-tieni artiklu Malta tissemma bħaladestinazzjoni turistika għall-għaddasa. Hawnhekk jissemmew l-aħħar żviluppi fin-niċċa turistika tad-diving u tingħata prominenza l-aħħar żieda fl-attrazzjonijiet f’qiegħ il-baħar madwar il-gżejjer Maltin. Tingħata wkoll ċifra importanti ta’ madwar 55,000 turist li jżuru Malta apposta għal dan id-delizzju. Intant l-artikli taw ukoll ħarsa lejn il-kultura u l-kunċerti li jsiru f’Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow