Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI DWAR MIŻURI TAT-TRAFFIKU LI JWASSLU GĦALL-KWALITÀ TA’ ARJA AĦJAR

pr1625
Date Icon 28/09/2009
Waħda mill-kawżi ta’ kwalità baxxa tal-arjahi t-trasport.
It-trasport f’Malta jiddependi ħafna fuqil-karozza privata u l-użu tat-trasport pubbliku hu anqas f’Malta milli f’ħafna pajjiżi oħra, l-aktar minħabba servizz li ma jilħaqx l-aspettattivi tal-popolazzjoni.
Barra minn hekk il-vetturi li jġorru l-passiġġieri(kemm fit-trasport fuq ir-rotta u fil-bqija tat-trasport pubbliku) għandhom flotot b’etajiet kbar u għalhekk b’emissjonijiet qawwija.
Dan minbarra l-età tal-flotta tal-mezzi tat-trasporttal-merkanzija li hi wkoll kbira u ma tiġġeddidx b’pass li jitqabbel tajjeb ma’ ta’ pajjiżi oħrajn.
Hemm ħafna raġunijiet għal dawn il-problemi,iżda l-konsegwenzi tagħhom huma t-tniġġiż fl-arja li rridu ngħixu minnha u fiha lkoll.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni (MITC) qed jippubblika għal konsultazzjoni pubblika u bħala stedina għal diskussjoni u suġġerimenti mill-pubbliku programm t’inizjattivi li jistgħu jiġu kkunsidrati biex jitnaqqas it-tniġġiż fl-arja kkawżat mit-trasport.
Dan il-programm t’inizjattivi possibbli qedjiġi ppubblikat fil-kuntest tal-inizjattiva prinċipali li ssir riforma mill-qiegħ tat-trasport pubbliku.
Il-Gvern jemmen li sakemm l-alternattivagħat-trasport privat ma tkunx komda, kredibbli u konsistenti, ikun għal xejn li wieħed jixtieq biss li anqas nies jaqilbu mill-karozzi privati tagħhom għat-trasport pubbliku.
Il-Gvern għalhekk fil-preżent għaddej minnproċess ta’ xiri pubbliku għal servizz għal kollox riformat tat-trasport pubbliku li fost oħrajn jinkludi tiġdid tal-flotta u t-tneħħija tal-ħafna karozzi tal-linja qodma u li jniġġżu li għandna fuq it-triq illum.
Iżda m’hemmx dubju li mbagħad din ir-riformatrid tkun akkumpanjata minn inizjattivi li jtejbu l-effiċjenza tal-mobilità fuq it-triq u li l-karozzi privati jintużaw b’responsabbiltà u b’effiċjenza.
Dan l-abbozz ta’ pjan li qed jiġi ppubblikatillum jirrikonoxxi li l-kwalità tal-istatistika hi inqas dettaljata u preċiża milli jkun meħtieġ biex ikun assigurat li miżuri bħal dawk suġġeriti f’dan l-abbozz ma jkollhomx konsegwenzi m’hux mextieqa fuq l-ekonomija u fuq il-kwalità tal-ħajja tal-pubbliku.
Hu għalhekk li fost l-aktarkunsiderazzjonijiet prominenti tal-abbozz, hemm rikonoxxuta l-ħtieġa t’investiment fil-ġbir tal-istatistika fuq it-traffiku u t-trasport (u partikolarment l-imġiba u t-tendenzi tat-traffiku f’partijiet differenti ta’ Malta) biex kwalunkwe miżura tkun studjata bir-reqqa u mudellata fid-dettall qabel tiġi implimentata.
Il-Ministeru jirrikonoxxi r-riċerka u l-għajnunatal-Awtorità dwar it-Trasport u l-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-tħejjija ta’ dan l-abozz.
Il-pubbliku jista’ jniżżel dan l-abbozz minnfuq il-websajt www.mitc.gov.mt u hu mistieden jibgħat il-kummenti tiegħu bl-email fuq info.mitc@gov.mt jew bil-posta Mr. John Gatt, MITC, 111 Palazzo Verdelin, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444 sa nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Novembru 2009.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow