TWAQQIF TA’ AĠENZIJA GĦALL-KONSUMATUR
pr1622
28/09/2009
| Il-Gvern laqa’ l-kummenti tal-Union Ħaddiema | Magħqudin (UHM) li appellat biex id-Diviżjoni tal-Kummerċ u l-Kompetizzjoni tkun mibdula f’awtorità b’responsabbiltajiet akbar fil-qasam tal-monitoraġġ tal-prezzijiet. |
| Kif diġà tħabbar mill-Gvern, il-Gvern qed | jaħdem fuq it-twaqqif ta’ aġenzija għall-konsumatur. |
| Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ | il-ġlieda kontra l-abbuż fil-prezzijiet. Il-ħolqien ta’ aġenzija b’dawn l-objettivi hija wegħda elettorali li fuqha kien elett il-Gvern preżenti u mġedda fil-Programm tal-istess Gvern, fejn waħda mill-prijoritajiet elenkati fil-ftuħ tal-Parlament hi li għandhom jittieħdu “l-passi meħtieġa biex isaħħaħ ir-regolatur responsabbli mill-Protezzjoni tal-Konsumatur u mill-Kompetizzjoni u jinkorpora fih ir-responsabbiltà tal-monitoraġġ tal-prezzijiet”. |
| Filfatt, bħalissa l-Gvern għaddej b’ħidma | intiża biex mhux biss jorganizza mill-ġdid l-entità preżenti f’aġenzija aktar b’saħħitha iżda biex din tingħata bil-liġi aktar saħħa ta’ infurzar biex tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa fejn jinstab li l-konsumatur ma jkunx ingħata fair deal. |
| Tajjeb li jkun imfakkar ukoll li l-ħidma | tal-Gvern favur il-konsumatur tmur lil hinn miċ-ċaqliq tal-prezzijiet. L-istess Diviżjoni twettaq ukoll ħidma li tiżgura li l-prezzijiet ikunu mmarkati sew u fejn jidher, li r-reklamar ikun wieħed ċar u mhux qarrieqi u tipprovdi appoġġ lill-konsumaturi li jressqu ilmenti fir-rigward ta’ prodotti u servizzi li jkunu xtraw, inkluż meta dan isir barra minn Malta. Id-Diviżjoni twettaq ukoll numru ta’ kampanji informattivi, b’waħda mill-aktar riċenti tkun kampanja li żiedet l-għarfien dwar il-problema tal-iscams. |
| Għalkemm il-Gvern jaqbel li għandu jsaħħaħ | ir-riżorsi disponibbli f’dan is-settur, mill-bidu tal-leġiżlatura l-ġdida l-esperjenza ta’ l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta ġiet imsaħħa b’mod konsiderevoli f’diversi oqsma fosthom dawk legali, ekonomika, tal-accounting u l-farmaċija. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987