Left arrow Go Back

KULL RESIDENZA GĦALL-ANZJANI LI SE TIFTAĦ, TRID TKUN DEMENTIA FRIENDLY

pr1615
Date Icon 27/09/2009
Il-Kundizzjoni tad-dimenzja qed tingħataaktar importanza. Fil-fatt kull dar għall-anzjani li se tiftaħ, trid tkun dimentia friendly eżatt bħal m’hi l-Blokka l-ġdida fir-residenza San Vinċenz De Paule. Id-Dimenzja hija kundizzjoni li tbiddel il-ħajja tal-individwu, u anke tal-familjari, u għalhekk huwa tajjeb li jkun hawn aktar għarfien dwar din il-kundizzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani uKura fil-Komunita’, l-Onor. Mario Galea, qal dan waqt l-attivita’ Memory Walk organizzata mis-Soċjeta’ Maltija dwar id-Dimenzja dalgħodu fil-Belt Valletta.
Sitt miljun persuna li jgħixu fl-Ewropagħandhom id-dimenzja. Minn dawn, aktar minn 4,500 huma Maltin. Huwa stmat li dawn il-figuri se jirduppjaw fil-25 sena li ġejjijn hekk kif in-numru ta’ nies li għandhom din il-kundizzjoni qiegħed jikber b’rata mgħaġġla.
Is-Segretarju Parlamentari qal li huwagħalhekk li l-Gvern waqqaf kumitat apposta sabiex jevalwa s-sitwazzjoni preżenti u jagħmel serje ta’ rakkomandazzjonijiet sal-aħħar ta’ din is-sena dwar x’miżuri għandhom jittieħdu f’dan il-qasam.
Dr Charles Scerri, Segretarju tas-SoċjetaMaltija dwar id-Dimenzja u Chairman tal-Kumitat Nazzjonali dwar id-Dimenzja qal li huwa mportanti li kulħadd ikun jaf xi tfisser id-dimenzja, sabiex dawk li għandhom din il-kundizzjoni jkunu jistgħu jiġu megħjuna b’mod effettiv.
L-Attivita’ saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinjidwar l-Alzheimer, li jiġi ċċelebrat fil-21 ta’ Settembru. Il-marda tal-Alzheimer hija r-raġuni l-aktar komuni għalfejn persuna ikollu d-dimenzja. Aktar informazzjoni dwar id-dimenzja jista’ jinkiseb minn fuq is-sit www.dementia.gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Id-deċiżjonijiet fil-qasam tas-saħħa mentali jridu jitfasslu fuq l-esperjenzi tan-nies” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261988

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

More Press Releases Right arrow