Imħabbra r-riżultati tal-miżura agrikola 121 – “espressjoni ta’ fiduċja fis-settur agrikolu”
pr1613
26/09/2009
| Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet | Rurali, George Pullicino, ħabbar ir-riżultati tal-Miżura 121 li, fi kliemu stess tfisser li r-riżultati juri espressjoni ta’ fiduċja fis-settur agrikolu, għaliex permezz ta’ din il-miżura, madwar 180 benefiċċjarju ser ikunu jistgħu jibdew l-investiment tagħhom, liema investiment jlaħħaq t-total ta’ aktar minn 27 miljun Ewro. Dan juri kemm verament il-bdiewa lesti li jinvestu fis-settur, li jgawdu minnu huma u li ukoll jissarraf f’kwalita’ aktar għolja tal-prodott lokali għal benefiċċju tal-konsumatur. Dan l-investiment hu pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba sabiex is-setturi varji fl-agrikoltura jinvestu ħalli ikunu aktar produttivi u effiċjenti u b’hekk ikunu jistgħu jikkompetu f’suq aktar miftuħ. |
| Il-Miżura 121 kienet tiprovdi tlett skemi | partikolari - investiment fl-immodernizzar u titjib ġenerali; investiment ambjentali; u investiment sabiex ir-raħħala jiġu konformi mad-direttiva tan-Nitrati. Din il-miżura pprovdiet ‘l fuq minn €12 – il Miljun mill-Fond tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007 – 2013 li fih pakkett ta’ €100 Miljun, u qed toffri lill-bdiewa u r-raħħala għajnuna finanzjarja ta’ 50% tal-ispiża eleġġibbli sa massimu ta’ €150,000 li m’humiex taxabbli. |
| Il-Ministru Pullicino sostna li huwa | nkorraġġanti l-fatt li mill-ewwel 180 benefiċċjarju li ser jibdew jissejħu sabiex jiffirmaw il-kuntratt għall-għajnuna hemm 77 benefiċċjarju li l-eta tagħhom hija ta’ inqas minn 40 sena. Dan jawgura tajjeb sabiex dan is-settur importanti mill-aspett ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-gżejjer Maltin, ikun jista’ jkompli jikber u jsir aktar sostenibbli. Wieħed jista jara r-riżultat tal-Miżura 121 kemm mill-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, mill-Ministeru ghal-Ghawdex kif ukoll mill-uffiċċju tal-applikazzjonijiet fl-Aġenzija għal Pagamenti f’ Hal Qormi. Barra minn hekk il-Ministru Pullicino ħabbar ukoll li mill-ġranet li ġejjin jistgħu jibdew jinġabru wkoll l-applikazzjonijet ghal ħames miżuri oħra taħt il-Programm ghal-Iżvilupp Rurali li jammontaw għal aktar minn €4,000,000 f’għajnuna. Dan ifisser li issa se jkunu nħarġu 14-il miżura minn 18-il miżura taħt il-pjan għal-iżvilupp rurali 2007 – 2013. |
| Dawn | il-Mizuri huma - Miżura 111 lise toffri taħriġ u informazzjoni għall-bdiewa u r-raħħala biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom biex b’hekk ikomplu jilħqu standards għoljin; Miżura 124 li se toffri l-għajnuna għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji ġodda fil-biedja u s-setturi tal-ikel; Miżura 132 li se tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fi skemi dwar kwalita’ tal-ikel u tipprovdi ukoll kumpens għall-ispejjeż relatati maċ-ċertifikazzjoni; Miżura 133 tipprovdi għajnuna għal attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni ta’ skemi ta’ kwalita’ tal-ikel; kif ukoll Miżura 142 li hija ndirizzata għat-twaqqif tal-għaqdiet tal-produtturi fis-setturi tal-ħalib, ġbejniet, majjal, fniek, tiġieġ, għasel, patata u dwieli tal-inbid. |
| It-tnehid ta’ dawn il-miżuri juri l-impenn | tal-Ministeru biex jimplimenta il-Programm tal-Iżvilupp Rurali fl-iqsar żmien possibli. B’hekk is-setturi varji li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u s-sostenibilita tas-settur rurali jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ dan il- programm. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987