IL-MALTA KENDO FEDERATION TORGANIZZA SEMINAR INTERNAZZJONALI F’GĦAWDEX
pr1605
26/09/2009
| Madwar sebgħin persuna qed | jipparteċipaw fl-ewwel seminar internazzjonali tal-Kendo li qed isir ġewwa Għawdex matul tmiem il-ġimgħa. Dan is-seminar qed jitmexxa minn numru ta’ sensei ta’ fama internazzjonali u ser jinkludi wkoll kompetizzjonijiet bi gradwatorja. |
| Waqt sessjoni inawgurali ta’ | dan is-seminar saru dimostrazzjonijiet fejn ġew murija tekniki diversi ta’ dan l-isport Ġappuniż li huwa wkoll arti marzjali. Ingħatat esebizzjoni kollettiva qasira u wara nqrat ittra li ntbagħtet mill-konslu Ġappuniż f’Ruma għall-okkażjoni. |
| Dan is-seminar qed ikun | imtella’ ġewwa l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Fost mistednin li kienu ġreżenti għaċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni kien hemm fost oħrajn l-Aġent Prim Ministru u Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono kif ukoll l-Membru Parlamentari l-Onor. Chris Cardona flimkien ma rappreżentant tral-Kunsill Malti għall-isport. |
| Filwaqt li tat merħba | lill-parteċipanti u l-organizzaturi ta’ dan is-seminar, l-Onor Giovanna Debono stqarret li din l-okkażjoni tolqot diversi aspetti relatati mall-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex u l-politika tal-Gvern dwar Għawdex. Fosthom hemm il-fatt li attivitajiet bħal dawn jikkorroboraw l-inizjattivi biex Għawdex jiġi reklamat bħala destinazzjoni distinta f’niċeċ partikolari bħal ma hu l-isport. Dan is-seminar jagħti wkoll saħħa lill-ħidma li saret u qegħda ssir fil-qasam sportiv f’Għawdex fejn il-faċilitajiet li huma mmirati biex itejbu servizzi u faċilitajiet lil dawk li jgħixu fil-gżira, huma wkoll għodda miżjuda biex jattiraw turiżmu b’differenza. |
| Dan l-avveniment mistenni | jkompli għaddej matul il-jiem tas-Sibt u tal-Ħadd b’kompetizzjonijiet u wirjiet minn kmieni filgħodu sa wara nofsinhar. Attrazzjoni partikolari għandha tkun attivita’ li ser issir il-Ħadd fit-3.00 ta’ wara nofisnhar fejn il-pubbliku ġenerali huwa mistieden li jipparteċipa f’lezzjonijiet prattiċi li ser jingħataw mingħajr ħlas. |
Other Press Releases:
PR261988
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...
PR261987