Left arrow Go Back

ID-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR MALTI KIBRU BI SĦUBIJA FL-UNJONI EWROPEA

pr1477
Date Icon 10/10/2008
Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea fissret kisbiet uvantaġġi kbar għall-konsumatur, fosthom għażla akbar ta’ prodotti u servizzi, prezzijiet aktar kompetittivi u fuq kollox aktar drittijiet. Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment waqt żjara fl-Open Day organizzata mid-Diviżjoni tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni.
Tonio Fenech spjega li l-qafas tad-drittijiettal-konsumatur komplew jitwessgħu din is-sena bl-adozzjoni tal-Unfair Commerical Directive. It-tisħiħ tad-drittijiet tal-konsumatur huwa minnu nnifsu għodda li saħħaħ il-potenzjal tas-suq intern tal-Unjoni Ewropea, għaliex iżżid il-fiduċja tal-konsumatur f’dan l-istess suq. Id-Direttiva tiffaċilita l-kummerċ bejn l-Istati Membri iżda fl-istess ħin issaħħaħ id-drittijiet li jipproteġu l-konsumatur kontra prattiċi inġusti, bħal per eżempju reklamar qarrieqi, spejjeż moħbija,  jew abbuż simili.
Il-Ministru Fenech saħaq fuq id-dritttal-informazzjoni tal-konsumatur u kien għalhekk li l-impenn tad-Diviżjoni li tkun preżenti regolarment fuq il-mezzi tax-xandir u l-istampa kien qed iwassal li l-konsumatur illum hu aktar konxju tad-drittijiet tiegħu, kemm f’xiri tradizzjonali mingħand tal-ħanut, kif ukoll f’xiri b’metodi aktar riċenti, fosthom minn fuq l-Internet, televiżjoni jew fuq l-għatba.
Dritt importanti tal-konsumatur huwa li jkun jafil-valur tal-prodott li se jkun qed jixtri. Iż-żmien li l-Gvern jimponi l-prezzijiet fuq il-prodotti li nikkunsmaw spiċċa iżda aktar u aktar għaldaqstant huwa kruċjali li l-prezz ta’ prodott ikun immarket sew fuq l-ixkaffa biex b’hekk il-konsumatur ikun jista’ jagħżel bil-libertà minn fejn jixtrih. Għal dan l-għan sal-lum fl-2008 saru kwazi 17,000 żjara fi ħwienat, u kważi 2000 oħra fi swieq fil-miftuħ jew għand tal-ħaxix. Fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, is-sidien irmedjaw din is-sitwazzjoni wara li kienu infurmati dwar dan mir-rappreżentant tad-diviżjoni.
Fost is-setturi li dwarhom id-Diviżjoni twettaqil-ħidma tagħha, insibu dak tal-ivvjaġġar, u speċjalment ir-riklami f’dan il-qasam. Kull riklam tal-vaganzi li jidher jiġi analizzat biex ikun żgurat li l-prezz muri huwa dak finali, bit-taxxi b’kollox. Sas-sena l-oħra kien hemm numru ta’ operaturi li ma kienux konformi, iżda l-ħidma tad-Diviżjoni naqqset drastikament dawn il-każijiet. Din is-sena kienu biss 9 l-ittri ta’ twissija.
L-istess Diviżjoni ħadmet mill-bidu tas-sena fuqaktar min 1,000 każ ta’ ilmenti minn konsumaturi dwar difetti fi prodotti, servizz li ma jkunx kif irreklamat u oħrajn. L-Uffiċċjali tad-Direttorat għall-Affarijiet tal-Konsumatur jippruvaw jagħmlu medjazzjoni mal-bejjiegħ sabiex jaslu għal soluzzjoni amikevoli u b’hekk jiġi evitat  li l-każ jispiċċa quddiem it-Tribunal. Filfatt kienu biss 152 minn dawn il-każijiet li spiċċaw quddiem it-Tribunal, u l-maġġoranza tagħhom (124) inqatgħu favur il-konsumatur.
Fl-aħħar, il-Ministru semma’ wkoll il-ħidma ta’ECC-NET, li huwa servizz pan-Ewropew li permezz tiegħu konsumaturi Maltin jistgħu jilmentaw fuq problemi marbuta ma’ xiri ta’ prodotti jew servizzi li jseħħu meta jkunu msiefrin bl-istess mod kif il-barranin jistgħu jilmentaw fuq problemi li seħħewlhom matul btala f’Malta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow