PROGRAMM TA’ ŻJAJJAR GĦALL-ISTUDENTI FIL-LIBRERIJA PUBBLIKA F’GĦAWDEX
pr1476
10/10/2008
| Wara s-suċċess miksub matul is-sena skolastika | 2007/2008, meta b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Gozo College, aktar minn 1,200 student Għawdxi għamlu żjajjar ta’ orjentazzjoni fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex, mal-bidu tas-sena skolastika kurrenti, reġgħet ġiet imġedda l-istedina lill-Kapijiet kollha tal-iskejjel f’Għawdex. L-ewwel żjara għal din is-sena nżammet nhar it-Tlieta 8 ta’ Ottubru fil-Librerija Pubblika fi Triq il-Vajrinġa, fir-Rabat u għaliha attendew l-istudenti li jattendu s-sitt sena fl-iskola Primarja Mattew Sultana tax-Xagħra. |
| F’kelmtejn ta’ introduzzjoni l-uffiċjal | inkarigat spjega l-għan ta’ dawn iż-żjajjar, il-faċilitajiet li joffru l-libreriji u l-importanza li minn età żgħira l-istudenti jsiru midħla tal-qari. L-interess tal-istudenti ntwera mill-għadd ta’ mistoqsijiet li għamlu dwar is-servizzi offruti. Barra minn hekk l-istudenti ngħataw l-opportunita’ li jipparteċipaw permezz ta’ qari ta’ poeżiji jew xogħlijiet oħra letterarji u bid-daqq fuq il-pjanu u l-vjolin. Għal din iż-żjara, madwar 40 student kienu akkumpanjati mill-għalliema u minn uħud mill-ġenituri. |
| Hu maħsub li, fiż-żmien li ġej, isiru aktar | żjajjar ta’ orjentazzjoni fil-Librerija Pubblika ta’ Għawdex, minn diversi studenti oħra li jattendu l-iskejjel primarji u sekondarji fi ħdan il-Gozo College. Dan huwa mezz mill-aktar effikaċi ta’ kif l-istudenti jsiru aktar midħla tal-Librerija Pubblika. Barra minn hekk huma jsiru jafu aktar dwar is-servizzi li jiġu offruti kemm f’forma stampata kif ukoll f’dik elettronika jew permezz tas-servizzi mogħtija mill-impjegati f’din is-sezzjoni, li l-funzjonijiet tagħha huma koordinati mill-Ministeru għal Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979