IMNIEDI L-EUROPASS DWAR L-OSPITALITÀ WAQT KONFERENZA F’GĦAWDEX
pr1473
10/10/2008
| L-impjiegi u l-industrija tat-turiżmu huma żewġ | elementi ta’ importanza strateġika għall-gżira ta’ Għawdex. Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex waqt konferenza organizzata mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi, li saret illum f’lukanda f’Għawdex. |
| Matul din il-konferenza, tnieda l-Europass Ġdid | dwar l-Ospitalità, li jinkorpora kriterji ġodda ta’ kwalifikazzjoni biex jiġu offruti programmi ta’ ospitalità. Din hija s-sistema Ewropea tal-kwalifiki u kompetenzi fis-settur tal-Ospitalità li tassigura trasparenza u rikonoxximent mingħajr fruntieri. |
| Waqt id-diskors tal-għeluq, il-Ministru għal | Għawdex qalet li l-Gvern Malti esprima l-viżjoni tiegħu li jagħmel minn Malta ċentru ta’ eċċellenza f’seba’ setturi ta’ attività ekonomika u soċjali sal-2015 - it-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, is-Saħħa, it-Turiżmu, il-Manifattura li toffri valur miżjud, Servizzi Finanzjarji, il-viżjoni ta’ Għawdex bħala gżira ekoloġika, kif ukoll is-settur tal-edukazzjoni bħala ċentru internazzjonali ta’ eċċellenza għat-tagħlim u r-riċerka. |
| Hija insistiet li Għawdex għandu bżonn aktar | nies imħarrġa biex ikunu jistgħu jgħinu sabiex tintlaħaq din il-viżjoni, speċjalment dik relatata ma’ Għawdex bħala gżira ekoloġika. Il-Ministru għal Għawdex saħqet li l-ewwel għan huwa dak li l-gżira ta’ Għawdex issir ċentru ta’ eċċellenza f’dan ir-rigward b’opportunitajiet biex itejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-abitanti, filwaqt li ssir inqas pressjoni fuq l-ambjent naturali u kulturali, jinħolqu aktar impjiegi sostenibbli, jiġu attirati investimenti ta’ kwalità u tissaħħaħ l-identità unika tal-gżira. |
| Dwar it-turiżmu, il-Ministru Debono qalet li | matul din is-sena kienu reġistrati riżultati pożittivi f’Għawdex, b’żieda ta’ turisti kemm mis-suq barrani kif ukoll minn dak domestiku. F’dan ir-rigward l-Istitut tal-Istudji Turistiċi se jkollu rwol kruċjali fil-preparazzjoni tal-istudenti, biex meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol jaffaċċjaw l-isfidi li ġġib magħha l-ekonomija globalizzata partikolarment f’dan il-qasam. Il-Ministru ħabbret ukoll li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li nbena mill-ġdid ġewwa fil-Qala f’Għawdex issa beda jopera u laqa’ l-ewwel studenti fil-ġimgħat li għaddew. Din il-faċilità ġdida li nbniet b’għajnuna finanzjarja minn fondi tal-Unjoni Ewropea, se jkompli jżid il-faċilitajiet ta’ taħriġ fis-settur tat-turiżmu f’Għawdex, li huwa wieħed mill-pilastri ewlenin tal-ekonomija tal-gżira ta’ Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979