Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-GĦELUQ TAL-KONFERENZA ‘IL-MIŻURI FAVUR IL-FAMILJA’ ORGANIZZATA MILL-UĦM B’KOLLABORAZZJONI MAL-MPO FL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – ĊENTRU TAL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI, VALLETTA – IL-ĦAMIS, 9 TA’ OTTUBR

pr1460
Date Icon 09/10/2008
Huwal-pjaċir tiegħi li nagħlaq din il-Konferenza dwar l-inizjattivi favur il-familja.  Qed niddiskutu suġġett li l-Gvern jikkunsidra ta’ importanza nazzjonali mhux biss għall-ħaddiema u l-ekonomija, imma wkoll għax dawn il-miżuri kapaċi jtejbu l-kwalità tal-ħajja li ngħixu, speċjalment għall-koppji żgħażagħ fejn iridu jsibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.
Dawnil-miżuri ħadu xejra aktar importanti fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika li d-dinja tinsab fiha bħalissa.  Il-kriżi finanzjarja li qiegħda taħkem is-swieq ewlenin tirrikjedi ekonomiji flessibbli biex jilqgħu l-isfidi li ġejjin.  Minkejja din l-instabbiltà, l-ekonomija Maltija kkonfermat li hija b’saħħitha u kapaċi tilqa’ għal dan il-mewġ.
Fil-fatt, l-aħħar statistika turi li l-ekonomijagħadha qed tikber b’rata tajba u waqt li l-qgħad kompla jonqos, is-suq tax-xogħol kompla joħloq aktar impjiegi, l-aktar fis-settur privat.  Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li l-ekonomija Maltija għandha bażi soda u flessibbli u għalhekk kapaċi tilqa’ għall-isfidi quddiemha.
Dinil-flessibbiltà ma ġietx b’kumbinazzjoni imma hi r-riżultat ta’ miżuri u politika implimentata mill-Gvern u li sabet l-appoġġ tas-settur privat.
Il-flessibbiltà hi meħtieġa biex aktar niesjidħlu fid-dinja tax-xogħol u biex aktar ħaddiema jibqgħu fis-suq tax-xogħol.  Fost dawn insibu l-inċentivi li ħajru aktar nisa joħorġu jaħdmu.  Il-miżuri li ħabbarna fil-budgets li għaddew intlaqgħu tajjeb u kien hemm rispons pożittiv għalihom b’aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
Għalkemm kien hemm din iż-żieda rridu nagħmluaktar.  Ir-rata preżenti tal-parteċipazzjoni tan-nisa fix-xogħol għandha sservi bħala opportunità biex inħajru aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol biex huma wkoll isostnu l-viżjoni 2015 u jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku.
L-indikazzjonijiet juru li din ir-rata ta’parteċipazzjoni se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin minħabba l-persentaġġ għoli ta’ nisa li qed ikomplu jistudjaw b’riżultat tal-opportunitajiet ġodda.
Fl-aħħar erba’ snin iggradwaw kważi 11,000żagħżugħ u żagħżugħa mill-Università.  Aktar minn 6,300 huma tfaljiet.  60% tal-gradwati ġodda fl-aħħar 4 snin kienu tfajliet.  Kull sena qed jidħlu aktar tfajliet l-Università milli ġuvintur.
Fl-MCAST,ir-rata tat-tkabbir ta’ studenti tfajliet hi wkoll ferm aktar mgħaġġla minn dik tas-subien.
Bl-iżviluppi li kellna fl-edukazzjonif’pajjiżna, u bl-opportunitajiet ġodda ta’ xogħol u taħriġ, illum ir-rata ta’ parteċipazzjoni tat-tfajliet żgħażagħ fis-suq tax-xogħol żdiedet u qabżet il-medja Ewropea.  Filwaqt li l-medja Ewropea hi 40%, f’ Malta, il-parteċipazzjoni tat-tfajliet li għandhom anqas minn 25 sena, hi 48.4 %.  Dawn iċ-ċifri jirrappreżentaw sfida oħra:  irridu nkomplu nagħtu l-inċentivi u noħolqu l-aħjar ambjent tax-xogħol biex ikun jista’ jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn il-familja u x-xogħol.  Ma rridu nitilfu l-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ ħadd.
Hijaquddiem din l-isfida bejn aktar parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija u t-tisħiħ tal-familja Maltija li l-Gvern irid isib miżuri biex kemm l-irġiel u kemm in-nisa jibbilanċjaw id-doveri tagħhom tax-xogħol u tal-familja u li bihom igawdi kulħadd, kemm il-familja u kemm l-ekonomija.
Dinhija l-isfida li qegħdin niddiskutu llum u hija sfida li l-Gvern immexxi minni diġà laqa’ u qiegħed jaħdem biex idawwarha f’opportunità għalina lkoll.
Fisnin li għaddew il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex itejjeb dan il-bilanċ għall-familji Maltin.  Is-Servizz Pubbliku kien pijunier f’pajjiżna fl-implimentazzjoni tal-miżuri favur il-familja.
Qedjittieħdu diversi inizjattivi li jissarfu f’benefiċċji għall-ħaddiema u l-familji.  Fost dawn il-miżuri hemm regolamenti dwar il-leave għall-ġenituri fejn ġenitur jista’ tieħu sa sena leave; ġenituri jistgħu jieħdu wkoll career breaks sa massimu ta’ tliet snin jew jieħdu responsibility leave li jiġġedded sena b’sena u dawn kollha jidhlu lura fl-impjieg u ma jitilfu xejn.
Żdied il-leave għall-maternità, u hemminizjattivi li jgawdu minnhom il-ġenituri meta jkun hemm twelid, adozzjoni, jew f’każ ta’ fostering.  Il-Gvern impenjat li jifrex aktar u jżid l-inizjattivi biex aktar nisa jibqgħu fid-dinja tax-xoghol u x-xogħol ma joħloqx pressjoni żejda fuq il-familja.
Il-Gvern implementa wkoll numru ta’ miżurifis-servizz u s-settur pubbliku bl-iskop tagħhom kien li jżidu l-flessibbiltà tal-impjegati, kemm nisa kif ukoll irġiel.  Miżura ewlenija hi l-possibbiltà tax-xogħol fuq bażi ta’ sigħat imnaqqsa.  B’din il-miżura, uffiċjali pubbliċi jistgħu jaħdmu inqas biex jieħdu ħsieb it-tfal, jew ġenituri, jew il-miżżewġin tagħhom li jkunu dipendenti fuqhom.  Is-sena li għaddiet kien hemm 869 persuna li qed jaħdmu ġimgħa ta’ siegħat imnaqqsa, li jfisser żieda ta’ kważi mija fuq is-sena ta’ qabel.
FiFrar ta’ din is-sena, il-Gvern daħħal it-Teleworking Policy, li permezz tagħha l-impjegati jistgħu, bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni, jaħdmu mid-dar tagħhom.  B’din l-iskema, l-impjegati jistgħu jkomplu jagħtu l-kontribut tagħhom waqt li qegħdin jieħdu ħsieb il-familja.  S’issa, din il-miżura fuq bażi volontarja ttieħdet minn 95 persuna.  Din il-policy għadha fil-bidu tagħha, u nixtieq li aktar talbiet jiġu milqugħa.
Policytkun tajba u effettiva minn kemm titħaddem tajjeb.  F’dan is-sens nappella lis-Senior Management fis-Settur Pubbliku biex ikun aktar innovattiv kif jorganizza x-xogħol biex aktar nies ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-inizjattivi.
Miżura li l-Gvern qed jiddiskuti mal-imsieħbasoċjali fil-Kunsill Malti tal-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali fl-ambitu tal-flessibbiltà hija dik tal-flexicurity.  Din l-istrateġija, li qiegħda ssir aktar popolari fl-Ewropa, ittejjeb il-flessibbiltà flimkien mas-sigurtà fis-suq tax-xogħol.
F’dawn l-aħħar snin, il-Gvern bi proporzjonsinifikanti ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, investa fl-infrastruttura li tipprovdi għas-servizzi li jgħinu l-familji jsibu dan il-bilanċ bejn il-familja u x-xogħol.  Il-Gvern waqqaf childcare centres biex jipprovdu dan is-servizz għall-impjegati.  Ġew ukoll mgħejuna childcare centres privati anki b’fondi mill-Unjoni Ewropea u ġew organizzati korsijiet ta’ taħriġ għall-carers.  Il-Gvern, permezz tal-Korporazzjoni dawr l-Impjiegi u t-Taħriġ, nieda kampanja edukattiva u informattiva fuq dan is-servizz, biex tikber il-fiducja f’dawn iċ-ċentri.
Il-Gvern ukoll implementa inċentivi fiskalifavur il-familja u fl-istess ħin iħajjar il-ġenituri jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.  Fl-ambitu tar-riforma fil-pensjonijiet fl-2006, il-Gvern daħħal sistema ta’ krediti fuq il-pagamenti tas-sigurtà soċjali jekk il-ġenituri jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.
F’aktar inċentivi biex aktar nisa jidħlu lurafid-dinja tax-xogħol, mara li terġa’ tibda taħdem wara ħames snin wieqfa tiffranka sa 1600 ewro f’ income tax.
Matul is-snin li għaddew il-Gvern kien katalistafil-miżuri indirizzati biex jirrikonċiljaw id-doveri tax-xogħol ma’ tal-familja.  Il-miżuri li implementajna kienu bbażati fuq binarji differenti biex min irid jagħmel użu minnhom ikun jista’ jagħżel il-miżura addattata għaċ-ċirkustanzi partikulari tiegħu jew tagħha.
Nixtieq nistieden lilkom il-managers biexintom ukoll tgħinu lill-impjegati tagħkom biex jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.  Irridu naraw dawn il-miżuri bħala għodda biex tiżdied il-produttività u l-kompetittività u mhux li tnaqqashom.  Nafu li l-impjegati li jkollhom kundizzjonijiet li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom ikunu iżjed motivati u produttivi, u jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
Il-Gvern qiegħed juri l-impenn soċjali tiegħupermezz ta’ dawn il-miżuri u biex hu jmexxi bl-eżempju.  Għalhekk nixtieq nieħu l-okkażjoni biex nappella wkoll lis-settur privat biex jużaw l-immaġinazzjoni u l-ħila imprenditorjali tagħhom biex huma wkoll jimplementaw aktar miżuri biex jagħtu spazju lill-impjegati tagħhom isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja.  Dawn il-miżuri jistgħu jwasslu biex tiżdied il-motivazzjoni tal-ħaddiema kif ukoll il-produttività kemm fuq livell azjendali u nazzjonali.
Ir-rwol tal-imsieħba soċjali huwa kruċjali f’danil-proċess.  Permezz ta’ diskussjoni serja u matura nistgħu, bil-miżuri li nimplementaw, nagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, nikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u nsaħħu l-familja.
Jiena kunfidenti li din il-Konferenza ssarraff’għarfien aħjar u f’titjib tal-miżuri favur il-familja biex inkomplu nkattru l-ġid u nsaħħu l-unika riżors tagħna, il-ħaddiema.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow