Left arrow Go Back

JITFAKKAR IL-POETA NAZZJONALI DUN KARM

pr1458
Date Icon 09/10/2008
Nhar it-18 ta’Ottubru 1871, twieled il-Poeta Nazzjonali Dun Karm f’Ħaż-Żebbuġ. Dun Karm studja s-seminarju u ta’ 23 sena sar qassis. Fl-1896 ħareġ l-ewwel ktieb bl-isem Foglie d’Alloro, ġabra ta’ sebgħa u tletin poeżija bit-Taljan li kiteb meta kellu bejn sbatax u erbgħa u għoxrin sena. Fost il-ħafna mix-xogħlijiet letterarji li ħallielna Dun Karm hemm “L-Għanja tar-Rebħa”, “Lil Malta”, “Għal Dun Mikiel Xerri”, “Lil Mikiel Anton Vassalli”, “Wied Qirda” u sintendi l-“Innu Malti”. Aktarx li l-aqwa biċċa xogħol tiegħu hi l-poema Il-Jien u Lilhinn Minnu. Dun Karm miet fl-isptar tal-Blue Sisters f’San Ġiljan nhar it-13 ta’ Ottubru, 1961.
Biex jitfakkaril-poeta nazzjonali, il-Kumitat Festi Nazzjonali ħa ħsieb li l-monument tiegħu, li jinsab fil-Floriana jiġi msebbaħ għall-perjodu. Barra minn hekk, fost oħrajn, se tittella’ attività kommemorattiva ħdejn il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm. Mafkar li jinsab f’tarf Triq Sant’Anna, kantuniera ma’ Triq l-Assedju, Floriana.
L-attività se ssirnhar il-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru u tibda fid-9.00 ta’ filgħodu mill-iskola Antonio Galea tal-Floriana fejn it-tfal ta’ din l-istess skola joħorġu b’korteo sal-Monument ta’ Dun Karm akkumpanjati mill-Kap tal-Iskola s-Sur Stephen Miceli, is-Sindku tal-Floriana s-Sur Nigel Holland u s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport. Barra mill-istudenti tal-iskola tal-Floriana, huma mistennija jattendu studenti mill-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta, l-Iskola Sekondarja Ġużè Galea ta’ Ħal Qormi, l-Iskola Dun Karm Psaila ta’ Ħaż-Żebbuġ , l-iskola Santa Eliżabetta ta’ Tas-Sliema u studenti mis-Seminarju tal-Isqof. Mal-wasla tal-korteo ħdejn il-monument ikun hemm programm li jinkludi qari ta’ poeżiji, tqegħid ta’ kuruni/fjuri mal-monument, diskors mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Clyde Puli u jitkanta l-Innu Nazzjonali. Ser jippreżenta s-Sur Alfred Mallia, Direttur Human Resources Development.
Din is-sena, il-Ministru tal-Edukazzjoni,Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina bagħtet ċirkulari lill-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex biex dakinhar ta' din l-attività, waqt l-assembly li ssir f’kull skola, qabel jitkanta l-Innu Nazzjonali ssir tifkira tal-Poeta Nazzjonali billi jingħata tagħrif dwar ħajjet u ħidmiet il-Poeta.
Il-Kumitat FestiNazzjonali jieħu l-okkażjoni biex iħeġġeġ lill-pubbliku inġenerali (speċjalment l-għaqdiet tal-Malti) biex ifakkru lill-poeta b’mod jew ieħor anke bi tqegħid ta’ kuruni / fjuri mal-mafkar tal-Poeta Nazzjonali f’dan il-perjodu. Il-Kumitat jgħarraf ukoll li aktar ’il quddiem il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport se jfakkar ukoll is-sebgħin anniversarju mill-kitba tal-poema Il-Jien u Lilhinn Minnu tal-istess poeta nazzjonali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow