L-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, JITLAQ MINN MALTA LEJN L-ISTATI UNITI
pr1454
09/10/2008
| Illum is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru | tal-Finanzi l-Onor. Jason Azzopardi jitlaq lejn Washington biex jirrappreżenta lil Malta fl-Istati Uniti. |
| Waqt | iż-żjara tiegħu huwa ser jattendi numru ta’ laqgħat, fosthom il-Laqgħa Annwali tal-International Monetary Fund u l-World Bank Group fejn jiġu diskussi l-iżvilupp ekonomiku, u s-sitwazzjoni Ekonomika Dinjija. Għal din il-laqgħa li għaliha jattendu ukoll il-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali minn madwar id-dinja, ser tattendi delegazzjoni minn Malta li tinkludi l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Michael Bonello. |
| Dr | Azzopardi ser jattendi ukoll laqgħa tal-iSmall States Network for Economic Development, f’liema forum Malta għandha l-irwol ta’ founder member. Għal din il-laqgħa ser jagħmel preżentazzjoni l-Professur Lino Briguglio bħala ċ-chairman tal-Board of Trustees tal-istess forum. |
| Jakkumpanja lil Dr Azzopardi ser ikun hemm Lino | Mintoff Head of Secretariat, Erarji Pubbliċi u Artijiet. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979