Left arrow Go Back

L-ONOR. CHRIS SAID, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA U INFORMAZZJONI ILTAQGĦA MAL-PRESIDENT TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI TAL-UNJONI EWROPEA LUC VAN DEN BRANDE

pr1452
Date Icon 08/10/2008
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Chris Said kellu laqgħa mal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea Luc Van den Brande fl-uffiċċju tal-Kumitat tar-Reġjuni fi Brussell.
Matul din il-laqgħa gew diskussi diversi temirelatati mal-gvern lokali f' Malta u l-ħidma tar-rappreżentanti Maltin fil-Kumitat tar-Reġjuni.
Dr Chris Said kellu l-okkażjoni li jfisser lill-PresidentVan den Brande dwar il-proċess ta' konsultazzjoni li għaddej u kif dan għandu jwassal sabiex issir riforma fil-qasam tal-Kunsilli Lokali bl-iskop li dawn jissaħħu u jaħdmu biex jassiguraw lokalitajiet sostenibbli.
Ġiet diskussa wkoll il-ħidma tal-ħamesrappreżentanti Maltin fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropeja.  L-Onor. Said qal li Malta tagħti ħafna importanza lix-xogħol li jitwettaq fil-Kumitat tar-Reġjuni u toffri s-support kontinwu lill-membri li jirrapreżentaw lil Malta.  Minn naħa tiegħu l-President Van den Brande wera s-sodisfazzjon tiegħu għal mod attiv li biħ jipparteċipaw fil-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni r-rappreżentanti Maltin.  Ingħatat ħarsa wkoll lejn is-sehem ta' dawn ir-rappreżentanti fuq diversi kummissjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni.
Is-Segretarju Parlamentari ddiskutamal-President tal-Kumitat tar-Reġjuni proposti dwar kif tista' tigi komunikata aħjar liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin il-ħidma li tkun qed titwettaq mill-Kumitat tar-Reġjuni.
Fl-istess laqgħa ġew diskussi diversi temi oħrafosthom il-possibilta' li Malta jkollha sitt rappreżentanti flok ħamsa f' dan il-Kumitat u kif dan jista' jwassal għal ħidma aħjar.  Il-President Van den Brunde tkellem ukoll dwar id-dimensjoni territorjali tal-Proċess ta' Barċellona u l-bżonn li titwaqqaf assemblea regjonali ewro-meditterranja.
Fl-aħħarnett is-Segretarju Parlamentari Saidstieden lil President tal-Kumitat tar-Regjuni sabiex iżur Malta fejn ikollu l-okkażjoni li jfisser aħjar il-ħidma ta' din l-istituzzjoni importanti tal-Unjoni Ewropea kif ukoll jevalwa l-proċess ta' riforma li għaddej fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow