ĦRUĠ TA’ PASSAPORTI BIOMETRIĊI B’SISTEMA LI TOFFRI AKTAR SIGURTA’
pr1448
08/10/2008
| Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u | Komunikazzjoni Austin Gatt illum segwa l-proċess tal-ħruġ ta’ passaporti biometriċi; sistema ġdida li toffri aktar sigurta’ għal min ikun qiegħed jivvjaġġa, u li tnediet uffiċjalment fl-1 ta’ Ottubru li għadda b’investiment ta’ €12-il miljun. |
| Waqt | iż-żjara fl-Uffiċċju tal-Passaporti, il-Ministru Austin Gatt spjega li din is-sistema l-ġdida qed iġġib bidla radikali fid-dokumenti ta’ l-ivvjaġġar minħabba li dawn jinkludu wkoll dokumentazzjoni elettronika. Kull passaport biometriku jinkludi komponent elettroniku żgħir li fih l-informazzjoni biometrika, inkluż kopja tal-wiċċ ta’ min ikun ħareġ f’ismu l-passaport. Fil-futur, dan il-komponent elettroniku se jkun jinkludi wkoll marka tas-swaba. |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li l-informazzjoni | biometrika m’hi xejn għajr verżjoni ta’ informazzjoni elettronika li minnha nnifisha toffri sistema ta’ sigurta’ milli tkun imbagħbsa jew iffalsifikata. “Il-passaporti l-ġodda Maltin huma konformi ma’ l-aħħar teknoloġija, u dan jassigura li tkun tista’ ssir il-verifikazzjoni biometrika mill-uffiċjali ta’ l-immigrazzjoni, inkluż ukoll li jiġi verifikat li r-ritratt fil-passaport ikun tassew ta’ dak l-individwu li jkun ippreżenta d-dokument.” |
| Il-Ministru Austin Gatt qal li l-ħruġ | tal-passaporti biometriċi jagħmilha wkoll possibbli li ċittadini Maltin igawdu mill-US Visa Waiver Programme li l-Gvern Malti applika biex jagħmel parti minnu. Hu żied li dan l-aħħar sar ukoll eżerċizzju ta’ awditjar minn grupp ta’ esperti Amerikani biex jaraw li l-proċess li jitħaddem f’Malta, jissodisfax il-kriterji tal-Visa Waiver Programme Amerikan. |
| Waqt | il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, il-Ministru Gatt qal li għalkemm għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid x’inhuma l-konklużjonijiet, l-ewwel reazzjonijiet li rċevejna huma pożittivi. “La darba, pajjiżna jkun aċċettat, ċittadini Maltin ikunu jistgħu jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti mingħajr il-bżonn li japplikaw għall-Visa. |
| Il-Ministru Austin Gatt filwaqt li rrefera | għall-investiment kapitali ta’ madwar €12-il miljun biex bdiet titħaddem din is-sistema kollha, qal li l-ispiża ta’ kull passaport biometriku qabel ma jiġi personalizzat hi ta’ €28.5 minn dak preċedenti li kien jiswa’ €3.02. |
| Hu | qal li l-Gvern kellu jirrevedi t-tariffi għal kull passaport ġdid li jinħareġ (ara informazzjoni aktar ‘l isfel). Il-Ministru Gatt qal li meta kienu qed jiġu riveduti dawn it-tariffi, il-Gvern ra kif iqabbel l-ispejjeż marbuta mal-ħruġ ta’ passaporti biometriċi f’pajjiżi oħra Ewropej li applikaw sistema biometrika mill-aktar effettiva. Hu żied li l-Gvern ra wkoll kif se jaqsam iż-żieda ta’ din l-ispiża billi qed jieħu aktar min-nofs l-ispiża kapitali li hi meħtieġa għal kull passaport biometriku. |
| Il-Ministru Austin Gatt irringrazzja wkoll | lill-istaff ta’ l-Uffiċċju tal-Passaporti kif ukoll lis-sieħeb strateġiku f’dan il-proġett; il-kumpanija De La Rue, li ħadmu bla heda biex tidħol fis-seħħ din is-sistema. Hu fakkar kif il-kumpanija De La Rue għamlet investiment ġdid b’rabta ma’ dan il-proġett għall-ħruġ tal-passaporti biometriċi Maltin kif ukoll ta’ pajjiżi oħra. |
TARIFFA TAL-PASSAPORTI
Servizz |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979