Left arrow Go Back

L-44 anniversarju ta’ l-Indipendenza ta’ Malta iĊĊelebrat fid-Danimarka

pr1446
Date Icon 07/10/2008
F’għeluq l-44 anniversarju ta’l-Indipendenza ta’ Malta, l-Ambaxxata Maltija ta’ Kopenhagen organizzat attivita’ kulturali għall-komunita’ Maltija fid-Danimarka.
Fl-ewwel parti, l-mistednin zaru s-Soċjeta’Daniza ta’ l-Uffiċjali Marittimi fejn fost il-kollezzjoni privata hemm pittura tal-Port il-Kbir, il-Belt. Theodor Frederik Kloss pitter dan l-inkwadru fl-1843 u s-suġġett huwa l-bastiment Daniz, ‘Thetis’ illi dik is-sena, waqt li kienet qed tbaħħar lejn Livorno sabiex tiġbor xi xogħlijiet ta’ l-iskultur Daniz, Thorvaldsen, waqfet f’Malta.
Il-pittura tiġbor xena mill-isbaħ tal-BeltValletta fis-seklu 19 bit-‘Thetis’ imdawwar b’numru ta’ bastimenti Inglizi, b’fuq naħa dettalji ta’ l-arkitettura tal-Belt Valletta u fuq in-naħa l-oħra Sant’Anġlu u t-tlett ibliet.
Kloss huwa pittur marittimumagħruf u huwa meqjus bħala wieħed mill-artisti Danizi tal-perijodu ‘Golden Age’. Il-Maltin li joqgħodu d-Danimarka kienu kburin li raw pittura ta’ pajjizhom f’kollezzjoni prestiġjuza tas-Soċjeta’ Daniza ta’ l-Uffiċjali Marittimi. Wara li l-mistednin raw il-pittura, Paul Radmilli Chargé d’affaires a.i. stieden lil kulħadd biex jattendu fl-Ambaxxata Maltija għal riċeviment.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow