Left arrow Go Back

Notifikazzjoni ta’ boreholes gĦall-estrazzjoni ta’ l-ilma

pr1444
Date Icon 07/10/2008
Skond kalkoli tal-Awtorita’ Maltija dwarir-Riżorsi, biex ir-rata ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma tkun waħda sostenibbli għandu jiġi estratt mhux aktar minn 23 Miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena. Biss huwa stmat li qed jitella mill-pjan madwar 34 Miljun metru kubu fis-sena, jiġifieri madwar 11-il miljun metru kubu aktar fis-sena.
Il-Ministru Pullicino ħabbar li llum il-Gvernħareġ żewġ Avviżi Legali ħalli l-awtoritajiet ikollhom stampa ċara ta’ kif qed tintuża ir-riżorsa ta’ l-ilma ta’ taħt l-art.  Il-Ministru Pullicino sostna li qegħdin jinħarġu dawn l-Avviżi Legali għaliex: “huwa fatt stabbilit li l-kundizzjoni ta’ dan ir-riżors, li huwa l-uniku sors ta’ ilma naturali għall-pajjiż, jinsab taħt pressjoni kbira u għalhekk hemm bżonn li pajjiżna jibda jieħu l-passi neċessarji sabiex tiġi garantita s-sostenibilita’ ta’ dan ir-riżors.  Hemm ħtieġa li l-ilma ta’ taħt l-art jibqa’ sors ta’ ilma tajjeb u li jkun kapaċi jsostni d-domanda għall-ilma f’Malta u Għawdex mhux biss għal-lum iżda wkoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.”
L-ewwel Avviż Legali  255/08 huwa ntiż sabiextingħata l-opportunita’ li ssir notifika tas-sorsi (boreholes u spieri) kollha ta’ l-ilma ta’ taħt l-art li ma ġewx notifikati taħt l-Avviż Legali 120 ta’ l-1997. Il-Publiku se jkollu xahar żmien biex jinnotifika l-boreholes u l-ispieri li għandu.  Dan għandu jwassal sabiex il-Gvern ikollu stampa ċara tan-numru u s-siti tas-sorsi ta’ l-ilma kollha fil-pajjiż, kif ukoll dwar l-użu tagħhom mid-diversi setturi ekonomiċi. Il-Gvern jirrikonoxxi l-bżonn ta’ l-ilma għad-diversi setturi ekonomiċi f’Malta, u jrid jiżgura li dan il-bżonn jiġi sostnut, dejjem sakemm jiġi ssalvagwardjat l-istat ambjentali tajjeb tar-riżors naturali ta’ l-ilma.
Il-Ministru Pullicino irrimarka li n-notifikata’ sors ta’ l-ilma ta’ taħt l-art m’għandiex tiġi interpretata bħala dritt awtomatiku għall-estrazzjoni ta’ l-ilma, aktar u aktar meta s-sors inkwistjoni jista jkun qed ikollu effett detrimentali fuq il-kwalita’ ta’ l-ilma. Jekk xi utent ta’ sors ta’ ilma ta’ taħt l-art jonqos li jinnotifika lill-Awtorita’ fiż-żmien stabbilit, jista’ jeħel il-penalitajiet skond kif stabbiliti bil-Liġi li kienet daħlet fis-seħħ fl-1997 fejn tindika li l-multa minima hi dik ta’ €9,300  filwaqt li l-multa massima hi dik ta’ €18,600.
It-tieni Avviż Legali 254/08 jistabbilixxi qafasregolatorju għat-tħaffir ta’ boreholes ġodda u xogħol ta’ tħaffir ieħor. Dan ifisser li sabiex isiru xogħlijiet ta’ dan it-tip, mil-lum il-quddiem hemm l-obbligu li jintalab permess mill-Awtorita’ Maltija dwar ir-Riżorsi. Il-Ministru Pullicino enfasizza li biex wieħed ma jħallix is-sitwazzjoni teħżien aktar, u biex tittieħed stampa ċara, għalissamhux ser jiġu aċċettati applikazzjonijiet u mhux ser jinħargu permessi għal xogħol ta’ tħaffir ta’ boreholes ġodda għall-skopijiet sabiex jittella l-ilma.
L-Avviż Legali jipprevedi multi ta’ mhux inqasminn €20,000 sa massimu ta’ €50,000 flimkien mal-konfiska tal-makkinarju użat fix-xogħol ta’ tħaffir, għal min jinqabad jagħmel xogħol mingħajr il-permessi neċessarji waqt dan il-perjodu tal-moratorium.
Dawn iż-żewġ  avviżi legali jorbtu ma’ l-AvviżLegali 165/97 dwar makkinarju li jintuża għat-tħaffir, għandhom jinnotifikaw lill-Awtorita Maltija tar-Riżorsi. Min mhux se jinnotifika l-apparat tiegħu jista’ jeħel multa ta’ mhux inqas minn €9,300 sa massimu ta’  €18,600 flimkien mal-konfiska ta’ l-apparat.

L-applikazzjoni trid tintela minn perit u tista’ tinkiseb mis-sit elettroniku www.mra.org.mt. Man-notifika tas-sors ta’ l-ilma ta’ taħt l-art għandu jitħallas lill-awtorita’ is-somma ta’ €230.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow