Left arrow Go Back

EBDA THEDDIDA TA’ STRAJK M’HI SE ŻŻOMM LILL-GVERN MILLI JISSOKTA BIL-PROĊESS TA’ RIFORMA FIT-TRASPORT PUBBLIKU

pr1438
Date Icon 07/10/2008
Il-Gvern bl-ebda mod m’hu se jkun ikkundizzjonatbit-theddid ta’ strajk kif kien ippubblikat aktar kmieni llum fi stqarrija għall-istampa maħruġa mill-Federazzjoni tat-Trasport Pubbliku.
Il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jtenni li l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika huwa miftuħ u l-pubbliku għandu jħossu ħieles jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar riforma radikali fit-trasport, mingħajr ma jkun kundizzjonat minn theddid mill-Federazzjoni; liema stqarrija tikkuntrasta bil-kbir ma’ l-istqarrija li ħarġet l-Assocjazzjoni tal-White Taxis li fiha m’għamlet ebda theddid u qalet li lesta għal aktar diskussjonijet.
Il-Ministeru se jkompli jonora l-wegħda ligħamel; dik li jkompli bit-taħditiet ma’ dawk konċernati, waqt li jilqa’ l-proposti u s-suġġerimenti ta’ dawk li huma interessti fis-settur inkluż tal-pubbliku inġenerali. Il-Gvern m’hu jikser ebda impenn li għamel ma’ l-operaturi tat-trasport meta strajkjaw; u la dakinhar, u lanqas qatt il-Gvern m’hu se jabdika minn dmirhu li jirregola t-trasport pubbliku biex il-pubbliku Malti jinqeda kif jixraq.
Il-Gvern javża lill-Federazzjoni tat-TrasportPubbliku  li jkun ferm għaqli jekk għandha xi opinjoni kostruttiva, tesprimiha fl-ambitu tal-proċess ta’ konsultazzjoni, milli toħroġ stqarrijiet pubbliċi ta’ theddid, biex jew kollox jibqa’ kif inhu llum, inkella tistrajkja.
Illum il-pubbliku m’hux moqdi tajjebmis-servizzi tat-trasport pubbliku u l-aktar ħaġa li kkonfermat s’issa l-konsultazzjoni mal-pubbliku hi li r-riforma hi mixtieqa mill-pubbliku u meħtieġa mill-pajjiż.
Il-Ministeru jtenni li l-attitudni ta’ theddidilli taqsima partikolari tal-Federazzjoni tuża kontinwament, hi minnha nnifisha ġustifikazzjoni ċara għal-liberalizzazzjoni ta’ dan is-settur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow