STQARRIJA TAL-GVERN B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA TAD-DEPUTAT LABURISTA CARMELO ABELA, KELLIEM EWLIENI GĦALL-INDUSTRIJA U INVESTIMENTI BARRANIN
pr1436
07/10/2008
| Il-kelliem ta-Oppożizzjoni qiegħed għal | darb’oħra jinjorja li dak li ġie preżentat quddiem l-MCESD huma proposti u l-Gvern hu miftuħ għal kull suġġeriment validu li jsir fir-realta’ ta’ dak li għaddejja minnu d-dinja, dik ta’ prezzijiet ogħla taż-żejt. |
| Jidher li l-Oppożizzjoni qed tibqa’ tinjora | ċertu fatti bażiċi dwar il-prezzijiet attwali mħallsa mill-industrija għad-dawl u l-ilma: |
| a) Illum | l-industrija qed tħallas l-elettriku bi 8 ċenteżmi kull kw/h meta dan jiswa 18-il ċenteżmu biex jiġi ġenerat. Minn dan l-ammont 14.5 ċenteżmi huwa biss il-prezz taż-żejt; |
| b) Li | f’uhud mill-proposti, kull negozju li jikkonsma aktar minn 1,000,000 kw/h se jkollu jħallas biss cost price tal-ġenerazzjoni |
| c) Li | f’uhud mill-proposti, kull negozju li jikkonsma aktar minn 10,000,000 kw/h se jintalab iħallas biss l-ispiża marġinali tal-fuel, u b’hekk l-ispejjeż l-oħra tal-Enemalta ma jiġux mgħoddija lilu. |
| d) Li | l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea ma jippermettux li jkun hemm protezzjoni fuq setturi partikolari ghad-detriment ta’ setturi jew kategoriji ohra; |
| Il-problema tal-prezzijiet taż-żejt qed | taffettwa lil numru ta’ pajjiżi madwarna, li kellhom jirreaġixxu għal din is-sitwazzjoni billi jgħollu t-tariffi tagħhom. Il-kompetittivita’ tagħna tiġi mkejla ma’ pajjiżi oħra li wkoll raw żieda fil-prezzijiet tal-produzzjoni u l-ġenerazzjoni tal-elettriku. |
| Fir-rigward tal-investiment, minkejja x-xejriet | ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali li ma tantx jiffavorixxu l-investiment, pajjiżna għadu qed jattira numru ta’ kumpaniji li jagħżlu li jinvestu Malta, u xhieda ta’ dan huma r-rati pożittivi mogħtija mill-agenziji ta’ credit ratings. Fl-aħħar jiem Malta kienet ikklassifikata fir-raba’ post fl-investiment barrani mill-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti, l-UNCTAD. B’hekk, għat-tielet sena konsekuttiva, Malta kompliet ittejjeb il-pożizzjoni tagħha fuq is-sena ta’ qabel. B’riżultat ta’ aktar investiment ikompli jinħoloq aktar xogħol u impjiegi f’pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261979en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...
PR261979