Left arrow Go Back

IL-BIDU TAT-TWETTIQ TA’ L-AKBAR INVESTIMENT BARRANI

pr1435
Date Icon 07/10/2008
“L-approvazzjoni ta’ żewġ applikazzjonijiet ta’żvilupp mill-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett SmartCity hu ta’ sodisfazzjon għall-Maltin kollha għax qegħdin naraw il-bidu tat-twettiq ta’ dan l-akbar investiment barrani li rnexxielu jattira pajjiżna. Il-politika tal-Gvern irreġistrat suċċess importanti ieħor.”
Danintqal mill-Onor.  Austin Gatt, il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni fl-ewwel reazzjonijiet tiegħu, li kompla jgħid li “dan joffri wkoll sfida lill-Gvern biex ikompli jinvesti u joħloq l-opportunitajiet ta’ tagħlim fis-settur ta’ l-ICT biex iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jieħdu l-opportunita’ u jaħdmu ma’ kumpaniji li llum huma fuq quddiem fid-dinja fis-settur ta’ l-ICT.”
Il-Ministru Austin Gatt irrimarka wkoll lir-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett b’investiment ta’ US$300 miljun qiegħed iseħħ fi żmien ta’ taqlib ekonomiku u finanzjarju dinji. Fejn l-ekonomija dinjija qed tikkonfronta nixfa ta’ investiment u telfien ta’ impjiegi, f’Malta qed jitħejja l-bini ta’ l-akbar investiment barrani b’eluf ta’ impjiegi ġodda. “SmartCity hu l-akbar investiment li bħala Gvern u poplu jqawwilna qalbna quddiem il-diffikultajiet internazzjonali li minkejja kollox, xorta tkompli tikber l-ekonomija u jiżdiedu l-impjiegi.”
Hufisser ukoll l-approvazzjoni ta’ dawn  iż-żewġ permessi bħala tkomplija tal-ħidma konkreta tal-Gvern biex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza fl-ICT fir-reġjun Ewro-Mediterranju u biex titwettaq l-idea ta’ Malta bħala Smart Island.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni qal ukoll li bl-approvazzjoni tal-permessi mill-MEPA, l-iżvilupp se jissarraf f’bidla għall-aħjar fiż-żoni urbani ta’ l-inħawi waqt li se jissebbaħ l-ambjent għax minn żona industrijali mitluqa u mniġġża, se tinbena belt ġdida li se tkun tirrifletti ‘l fejn irid ikompli miexi l-pajjiż.
Iż-żewġ applikazzjonijiet approvati mill-MEPAhuma l-outline development permit tal-proġett kollu u l-permess għall-bini ta’ l-ewwel blokka ta’ uffiċini - SCM 01 - li se jibda jħaddem l-ewwel impjegati ta’ SmartCity fi żmien ftit xhur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Speaker of the House meets Malta Employers’ Association to strengthen dialogue with social partners

PR261979en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Speaker of the House meets Malt...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jiltaqa’ mal-Malta Employers’ Association biex ikompli jsaħħaħ id-djalogu mal-imsieħba soċjali

PR261979

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati jil...

More Press Releases Right arrow