Left arrow Go Back

IL-KRIŻI FINANZJARJA U L-PREZZIJIET GĦOLJIN TAL-ENERĠIJA JERĠGĦU FUQ L-AĠENDA TAL-MINISTRI EWROPEJ TAL-FINANZI

pr1429
Date Icon 06/10/2008
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment l-Onor. Tonio Fenech, ħalla Malta għal-Lussemburgu, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN).
L-Onor. Tonio Fenech huakkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, is-Sur Alfred Camilleri.
Fuq l-aġenda tad-diskussjoni,il-Ministri tal-Finanzi Ewropej se jkomplu  jiddiskutu l-kriżi finanzjarja li qed taffettwa lill-Ewropa kollha u l-impatt li din qed tħalli fuq l-ekonomija Ewropea.
Suġġett ieħor li se jkunittrattat huwa dak tal-prezzijiet għoljin taż-żejt u l-materja prima li qed iħallu impatt wiesa’ fuq il-finanzi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow