Left arrow Go Back

IL-PROPOSTI GHAT-TARIFFI L-GODDA TAD-DAWL U L-ILMA

pr1427
Date Icon 05/10/2008
Il-Ministeru ghall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni jirreferi ghal dak li qieghed jigi kkwotat jghid Tony Zarb, is-Segretarju Generali tal-GWU dwar il-proposti tat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma.
Il-Gvern, permezz tal-Ministri Austin Gatt uTonio Fenech, nhar l-Erbgha stess fil-laqgha ta' l-MCESD tenna li l-proposti ghat-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma tressqu lill-imsiehba socjali u lill-korpi kostitwiti kollha bhala parti mill-process ta' konsultazzjoni. F'dik l-istess laqgha, iz-zewg Ministri prezenti ghamluha cara li ma kienet ittiehdet ebda decizjoni finali mill-Gvern dwar it-tariffi l-godda tad-dawl u l-ilma.
Tant hu hekk, li bi qbil mal-Gvern, fi tmiemil-laqgha ta' l-MCESD, l-imsiehba socjali u l-korpi kostitwiti qablu li fit-18 ta' Ottubru li gej jergghu jiltaqghu u jipprezentaw lill-Gvern il-fehma taghhom dwar il-proposti mressqa jew proposti godda. Id-data tat-18 ta' Ottubru ironikament intalbet mill-GWU stess ghax f'dati ohra l-ufficcjali taghha qalu li se jkunu msefrin. Wiehed ma jistax jifhem kif f'mument il-GWU tikkonferma appuntament biex tkompli d-diskussjonijiet u jumejn wara tghid li d-decizjoni ttiehdet diga.
Ghaldaqstant l-istedina tal-Gvern lill-imsiehbasocjali u l-korpi kostitwiti kollha f'dan l-istadju hi li jkun ferm aktar ghaqli li l-membri kollha fl-MCESD juzaw dan iz-zmien biex janalizzaw il-proposti mressqa mill-Gvern u jaraw kif jistghu jtejjbuhom jew inkella johorgu bi proposti alternattivi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow