AZZJONI TA’ INFURZAR F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ
pr1416
03/10/2008
| Bħalissa għadejja azzjoni ta’ infurzar f’Baħar | iċ-Ċagħaq fejn tneħħew Caravans li kien hemm, u li kienu qed jokkupaw zona pubblika mingħajr permess. L-operazzjoni hija mmexxija mid-Divizjoni Proprjeta’ tal-Gvern, bl-għajnuna ta’ membri tal-korp tal-Pulizija, ufficjali tal-MEPA, kif ukoll id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. |
| L-operazzjoni li bdiet fis-7.15 ta’ filghodu, | hija maħsuba biex tneħħi Caravans kif ukoll il-kmamar u strutturi li kienu qed jingombraw dan is-sit mingħajr permess. L-iskop tal-operazzjoni hija li twaqqaf l-abbuz ta’ art pubblika, u tgħati lura din il-medda art lura lill-pubbliku. |
| Il-Caravans li tħallew fis-sit, minkejja | l-ittra ta’ twissija ta’ 48 siegħa li ngħataw is-sidien nhar it-Tnejn li għadda, qegħdin jittieħdu minn fuq il-post. Strutturi u kmamar oħra qegħdin jizzarmaw permezz ta’ makkinarju tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977