Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport jindirizza seminar anwali organizzat mill-European Judo Union f’Malta
pr1405
02/10/2008
| “L-idoli sportivi għandhom | ir-responsabbiltà li jkunu ta’ eżempju għas-segwaċi tagħhom.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli meta kien qed jikkummenta fuq id-doping fl-isport waqt li kien qed jindirizza l-ftuħ tas-seminar annwali tal-European Judo Union bit-tema ta’ Edukazzjoni, Saħħa u Amministrazzjoni li qiegħed jiġi organizzat f’Malta. |
| Clyde Puli kompla li t-temi diskussi f’dan | is-seminar huma importanti ħafna fis-settur sportiv. Fost l-oħrajn qed jiġi diskuss il-proċess bażiku ta’ tagħlim f’kategoriji ta’ etajiet differenti, il-mezzi ta’ kif jitjieb il-livell organizzattiv, kif ukoll l-aħħar informazzjoni mill-Agenzija Dinjija kontra d-Doping (WADA). |
| Clyde Puli feraħ lill-Federazzjoni Maltija | tal-Judo għall-ħidma li qiegħda twettaq f’pajjiżna. Il-Federazzjoni, permezz tal-program ta’ l-Unjoni Ewropea, ‘Youth in Action’ qed tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn il-11 u s-16-il sena jipprattikaw il-judo. |
| Il-proġett qed jiġi mplimentat fi tlett | lokalitajiet f’Malta u minbarra li jippromovi l-isport tal-judo jisħaq ukoll fuq it-tmien prinċipji morali li huma l-kuraġġ, il-ħbiberija, l-unur, il-kontroll tiegħek innifsek, is-sinċerità, l-modestà, r-rispett u l-manjieri. |
| Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukoll | il-ħidma tas-Segretarju Ġenerali tal-European Judo Union, Envic Galea li ilu jokkupa din il-kariga Internazzjonali għal dawn l-aħħar erba’ snin. |
| Fi tmiem id-diskors tiegħu Clyde Puli stieden | lill-parteċipanti li jieħdu l-opportunità jgawdu dak li għandu x’joffri pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977