Left arrow Go Back

LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-BAĠIT: L-AMBJENT DISKUSS WAQT LAQGĦA F’GĦAWDEX

pr1403
Date Icon 02/10/2008
Il-Ministru tal-Finanzi,l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ilbieraħ tkellem dwar l-impenn tal-Gvern fil-qasam tal-ambjent, li llum sar wieħed mill-aktar prijoritajiet importanti għal dan il-Gvern, waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar il-baġit li ffukat fuq l-ambjent, li saret fir-Rabat, Għawdex.
Il-Ministru ta ħarsa lejn il-ħidma mwettqaf’dawn l-aħħar snin mill-Gvern hekk kif numru ta’ postijiet madwar Malta u Għawdex ingħataw dehra isbaħ u aktar nadifa. Semma’ b’mod partikolari, l-għeluq tal-miżbliet tal-Magħtab u ta’ Qortin, it-tqegħid ta’ Bring-in sites f’aktar minn 200 sit madwar Malta u Għawdex u l-kampanja 34U.
Il-Gvern ta appoġġ finanzjarju għal xiri ta’solar water heaters u apparat ieħor ta’ enerġija li tiġġedded (wind turbines, PV systems), u inċentivi fuq xiri ta’ appliances li jaħlu anqas enerġija, u fuq xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku. Fuq kollox, il-Gvern alloka 300 miljun ewro mill-fondi ta’ l-UE għas-7 snin li ġejjin proprju għall-ambjent.
Tonio Fenech spjega kif il-Gvern iħares lejnGħawdex bħala mudell fil-qasam tal-ambjent u semma’ wkoll xi inizjattivi li saru fl-aħħar snin proprju fuq din il-gżira fosthom l-għeluq ta’ l-inċineratur, it-tnedija tal-proġetti tal-Impjant għat-Trattament tad-Drenaġġ.
Fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit il-Gvern komplajħares ’il quddiem f’dan il-qasam. Tonio Fenech spjega li sorsi alternattivi tal-enerġija mhumiex neċessarjament irħas mill-enerġija li qed tintuża bħalissa, u ma jistgħux jipprovdu aktar minn parti żgħira ta’ dak li qed jiġi kkunsmat illum. Madankollu jgħinu biex inaqqsu d-dipendenza fuq iż-żejt waqt li jnaqqsu l-emissjonijiet li għandhom impatt ħazin fuq saħħitna.
Għalhekk id-dokument qed jipproponi li jkun hemmskemi aktar attraenti fuq solar water heating, sistemi fotovoltajċi, u rdieden tar-riħ domestiċi, kif ukoll li tigi stabilita feed in tariff aktar attraenti għal min irid jinvesti.
Il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija hijaukoll komponent essenzjali fl-iżvilupp tal-politika futura tal-enerġija għall-pajjiżna. Il-dokument qed jipproponi numru ta’ skemi li jippromwovu l-effiċjenza tal-enerġija, bħall-energy audits, kampanji ta’ informazzjoni, l-iskema tal-energy saving lamps, regolamentazzjoni dwar energy efficient techniques fil-konstruzzjoni ta’ bini ġdid.
Saru wkoll numru ta’ interventi mill-pubblikupreżenti, li tkellmu dwar aspetti differenti marbuta mal-ambjent mill-perspettiva Għawdxija. Tkellmu wkoll dwar oqsma oħra bħat-trasport, l-edukazzjoni u t-turiżmu u r-relazzjoni li dawn għandhom mal-ambjent li ngħixu fih u ressqu numru ta’ proposti għall-baġit 2009.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Imħabbra passi konkreti dwar il-ħarsien tal-annimali f’pajjiżna waqt laqgħa mal-għaqdiet volontarji fis-settur

PR261978

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  “Is-suċċess tas-saħħa pubblika jitkejjel ukoll minn dak li jirnexxilna nevitaw” – Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR261977

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA “...

More Press Releases Right arrow