IL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U KUMMERĊ IWIEĠEB STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KELLIEM LABURISTA GĦALL-EDUKAZZJONI U MEDIA, DWAR L-GĦAŻLA TAL-KUNTRATT GĦAL SERVIZZI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-ISTUDENTI TAL-ICT FL-MCAST
pr1399
01/10/2008
| B’referenza | għall-istqarrija tal-kelliem Laburista Evarist Bartolo, id-Dipartiment tal-Kuntratti jwieġeb li: |
| Mhux veru dak | li qed jallega l-Onor. Evarist Bartolo li fir-rapport finali l-Kumitat tal-Għażla għażel kumpanija waħda biss u mhux minnu li l-Kumitat tal-Kuntratti pubbliċi bagħat lura r-rapport lil Kumitat tal-Għazla. |
| Id-Dipartiment | tal-Kuntratti segwa mill-qrib il-proċedura fl-għoti ta’ dan il-kuntratt skont kif inhi r-responsabilità tiegħu bil-liġi. |
| Il-Kumitat | tal-Għażla bagħat ir-rapport finali wara li d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Kuntratti talab il-kjarifiki kollha meħtieġa skont kif inhi fir-responsabilità tiegħu li jagħmel bil-liġi u l-proċedura tal-istess dipartiment, waqt li talab ukoll xi rikonsiderazzjonijiet ta’ marki mgħotija mill-Bord tal-Għażla fid-dawl tal-fatt li kien hemm divergenżi fil-fehmiet tal-membri. |
| Fir-rapport | finali sottomess mill-Kumitat tal-Għażla lill-Kumitat tal-Kuntratti, il-kumpaniji kollha ġabu izjed minn 70 marka u ma jirriżultax li kien hemm xi kumpaniji li kellhom jiġu skwalifikati għax ma laħqux il-kriterji stabbiliti. Anzi l-kumpaniji kollha kienu aċċettati għal livell ta’ tagħlim li joffru skont is-sejħa ta’ offerti. Għaldaqstant mhux minnu li fir-rapport finali l-Kumitat tal-Għażla għażel kumpanija waħda biss u mhux minnu li l-Kumitat tal-Kuntratti pubbliċi bagħat lura r-rapport lil Kumitat tal-Għażla. Fil-fatt id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti Pubbliċi hija dik li ġiet ippubblikat mill-Kumitat inniffsu. |
| Kif dejjem jiġri, | il-Kumitat tal-Għażla ssottometta r-rapport finali tiegħu lil Kumitat tal-Kuntratti u wara li fela dan ir-rapport ġie ppubblikat ir-riżultat u bħalissa għaddej it-terminu tal-Appell minn din id-decizjoni. Dan il-perjodu jagħlaq nhar it-Tnejn 6 ta' Ottubru f'nofsinhar fejn kull offerent jew kull persuna li għandha jew kellha interess li takkwista dan il-kuntratt tista’ tappella. Dawn l-appelli jistgħu jsiru wkoll a bazi tal-kriterji stabbiliti fis-sejħa għal offerti. Il-kuntratti ma jiġux iffirmati qabel jgħaddi dan il-perjodu jew jinqata’ l-appell skont kif ikun il-każ. |
| Il-Kumitat | tal-Għażla kien magħmul minn esperti tekniċi u b’esperjenza fil-qasam u għaldaqstant wieħed ma jistax jifhem kif bil-kompetenzi tagħhom dawn setgħu jkunu vulnerabbli ħafna għal pressjoni biex jiddeċiedu mod flok ieħor. |
| Fid-dawl tal-fatt | illi d-Dipartiment tal-Kuntratti huwa l-entità responsabbli sabiex jara illi l-għażla ssir skond kif stabbilit bil-liġi, wieħed ma jistax jara għaliex għandu jitwaqqaf proċess li fih m’hemmx irregolarità, għad-deteriment tal-istess studenti li issa bdew l-istudji tagħhom. Id-Dipartiment m’għandux oġġezjoni għal skrutinju tal-ħidma tiegħu, inkluż mill-Pulizija, jekk din tħoss li hemm bżonn ta’ investigazzjoni. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977