Diskors tas-S.T. il-Prim Imħallef Dr. Vincent deGaetano, fl-okkażjoni tal-Bidu tas-Sena Forensi 2008/2009 - Awla tal-Qorti Kriminali, Il-Belt Valletta - 1 ta’ Ottubru 2008
| Eċċellenza, Onorevoli Ministru, Kollegi | Imħallfin u Maġistrati, Prim Imħallfin Emeriti, Sur President tal-Kamra, Sur Avukat Ġenerali, Onorevoli Shadow Minister għall-Ġustizzja, Sinjuri Avukati u Prokuraturi Legali, Sinjuri: |
| Kull sena, meta niġi biex nipprepara dan | id-diskors, nagħmel proponiment li ser inkun qasir u ma ntawwalx. Kull sena, pero`, nispiċċa ndum aktar milli kien bi ħsiebni, kif jixhdu d-diskorsi tiegħi għall-anqas mill-2003 ’l hawn – naħseb li ta’ l-2002 biss kien wieħed qasir, probabilment għax kont għadni taħt shock. Pero` din is-sena, kif għamilt inti sur President, nixtieq nikkonċentra fuq ftit temi speċifiċi. U aktar milli nipproponi soluzzjonijiet nagħmel ftit riflessjonijiet li forsi jistgħu jgħinu lil kull min hu konċernat – aħna l-ġudikanti, il-leġislatur, il-Ministru, l-avukati, l-impjegati tal-qorti – biex jaħseb f’soluzzjonijiet. Veru li bil-ħsieb biss wieħed ma jasalx – kif spiss inħobb infakkar, fil-Malti għandna l-espressjoni, li wieħed juża per eżempju meta jkun f’riċeviment u jibda jsir il-ħin, ngħidu “Naħsbu biex immorru?”, u spiss jiġri li dak li jkun jibqa’ jaħseb u ma jiċċaqlaqx! Mill-banda l-oħra jista’ jiġri wkoll li meta jkun hemm problema kull min jidhirlu li għandu s-soluzzjoni jippreċipita ruħu jipproponiha u jinsisti fuqha mingħajr ma jkun ħaseb biżżejjed dwar il-konsegwenzi kollha li dik is-suppost soluzzjoni tista’ ġġib. Fi kliem ieħor, wieħed irid jevita ż-żewġ estremi – jew li jibqa’ jaħseb u jirrifletti u qatt ma jaġixxi, jew li jaġixxi preċipitożament mingħajr ma jkun ħaseb biżżejjed. Wieħed ukoll ma jridx jibża’ jkun innovattiv, forsi għax jibża’ li jiżbalja – ħafna drabi huwa proprju mill-iżbalji li nagħmlu jew li jagħmel ħaddieħor li nitgħallmu kif nimxu ’l quddiem – dari konna ngħidu errando discitur. |
| Ma hemmx dubju li l-problema tad-dewmien | fil-kawżi – fis-sens taż-żmien li kawża tieħu biex tiġi deċiża – għadha magħna u, jekk Shakespeare kellu raġun, ser tibqa’ dejjem magħna. Il-kwistjoni hi jekk dak iż-żmien jistax jitnaqqas, mingħajr ma titnaqqas il-kwalita` tal-ġustizzja, u jekk jista’ jitnaqqas kif għandu jitnaqqas. Veru li sar ħafna progress f’dak li hu t-tnaqqis tal-backlog tal-kawżi u taż-żmien li dawn jieħdu biex jiġu deċiżi, u dan anke bil-għajnuna ta’ miżuri leġislattivi li ttieħdu f’dawn l-aħħar erbgħa, ħames snin; u ħafna ġudikanti, b’impenn u sagrifiċċju mhux żgħir min-naħa tagħhom, jistgħu jgħidu li għandhom listi li huma maneġġabbli u meta l-kawża tkun quddiem xi wieħed minn dawn il-ġudikanti tkun tista’, bejn wieħed u ieħor, tkun taf kemm ser iddum il-kawża. Hemm ftit ġudikanti oħrajn – qed nirreferi l-aktar għall-kamp ċivili – li pero` ma jistgħux jgħidu l-istess. Dan jista’ jkun dovut għal ħafna affarijiet. Apparti l-imprevist jew dak li ħadd ma għandu kontroll fuqu, bħal xi mard fit-tul, ir-raġuni tista’ tkun tqassim ħażin tax-xogħol, working practices mhux effiċjenti, nuqqas ta’ support staff, il-volum tax-xogħol li, kif tajjeb osservajt inti, Sur President, dejjem jiżdied u mhux jonqos (u li dwaru tkellimt is-sena l-oħra u mhux ser nerġa’ niddilunga fuqu), forsi fil-mod kif jinħatru l-ġudikanti, u ħafna raġunijiet oħra, waħedhom jew flimkien. Kulħadd għandu l-opinjonijiet tiegħu – speċjalment l-artikolisti fil-gazzetti, l-aktar dawk li qatt ma rifsu l-għatba ta’ l-edifizzju tal-Qorti. |
| Pero` naħseb li wasal iż-żmien – u dan aċċennajt, | forsi indirettament, inti għalih ukoll, Sur President – li nikkummissjunaw studju indipendenti li jkun jista’ jgħinna naraw oġġettivament u spassjonatament fejn hi l-problema jew fejn huma l-problemi prinċipali li għad iridu li jiġu indirizzati sew, u jagħmel proposti konkreti u fattibbli. Nenfasizza l-kelma “indipendenti”, għax apparti li huwa evidenti li la l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u lanqas il-Judicial Studies Committee ma għandhom ir-riżorsi biex jintraprendu tali studju, dawn l-organi huma komposti b’tali mod li tagħmilhom, xi ftit jew wisq, parti in kawża. Għandi għalhekk f’moħħi li forsi wieħed jara x’jista’ jsir minn, jew bil-ghajnuna ta’, jew flimkien mal-European Commission for the Efficiency of Justice fi ħdan il-Kunsill ta’ l-Ewropa. |
| Din il-Kummissjoni għandha bħalissa diversi | proġetti u studji għaddejjin bil-ħsieb li dejjem jitjieb il-prodott għal kull min ikollu jagħmel użu mis-sistema ġudizzjarja tad-diversi pajjiżi membri ta’ l-imsemmi Kunsill, u għalhekk mhux eskluża l-possibilita` li din il-Kummissjoni tkun tista’ tgħin direttament fi proġett bħal dan. S’intendi, ħaġa bħal din tkun tirrikjedi mhux biss ko-operazzjoni sħiħa minna l-ġudikanti kollha, iżda wkoll il-parteċipazzjoni ta’ kull min hu, b’xi mod jew ieħor, involut fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Nerġa’ nirrepeti biex ma niġix fra-intiż: dan qed nissuġġerih mhux għax ninsabu f’xi sitwazzjoni kritika jew allarmanti, iżda sempliċement għax ma hemm xejn ħażin li wieħed jipprova jagħrbel is-sitwazzjoni attwali u jirrifletti dwar kif dak li qed isir jista’, forsi, isir aħjar. |
| Fost il-miżuri li l-ġudikatura bdiet taddotta | din is-sena, hemm dik tal-“listi” fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. L-idea wara dawn il-listi hi li jekk wieħed jista’ jidentifika tip ta’ kawżi, speċjalment (iżda mhux bilfors) kawżi li min-natura tagħhom għandhom jingħataw preċedenza fuq kawżi oħra, dawk il-kawżi li jkunu ta’ dak it-tip jiġu assenjati dejjem lill-istess imħallef jew, għall-massimu, żewġ imħallfin, u mhux jiġu assenjati bis-sistema tar-roster fost l-Imħallfin kollha tal-Prim Awla. Hekk, per eżempju, ġew identifikati l-kawżi ta’ spoll, kawżi ta’ disprezz, kawżi ta’ libell (fil-Qorti tal-Maġistrati), kawżi ta’ judicial review, kawżi dwar l-infurzar ta’ sentenzi barranin taħt ir-reġim il-ġdid tal-liġi tal-Komunita` Ewropea, u oħrajn. |
| L-idea hi li jekk dawn jiġu assenjati dejjem | lill-istess ġudikant (jew, f’ċerti każijiet, żewġ ġudikanti) għandu jinbet element ta’ speċjalizzazzjoni li għandu jiffaċilita l-proċess kollu u jitqassru ż-żminijiet. Wara kollox din ta’ l-ispeċjalizzazzjoni hija wkoll waħda mill-ideat wara l-Qorti tal-Familja, kif ukoll wara l-prassi – li ilha tiġi adoperata – fejn ċerti tipi ta’ kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (eż. kawżi li jinvolvu minorenni, kawżi kriminali bi sfond ta’ litiġju matrimonjali, kawżi tad-drogi, kawżi tal-VAT, eċċ…) jinstemgħu dejjem mill-istess Maġistrat. S’issa nista’ ngħid li din is-sistema fil-Prim Awla qed tiffunzjona tajjeb; u fil-fatt fl-aħħar laqgħa li kelli mal-kollegi Imħallfin tal-Prim Awla ġie anke miftiehem li nżidu żewġ kategoriji oħra ta’ kawżi – dawk li għandhom x’jaqsmu mal-liġi tal-kumpaniji u kawżi fil-kamp marittimu. |
| Kif tajjeb osservajt int, Sur President, | il-proċess ġudizzjarju proprjament ma jintemmx bil-pronunzjament tas-sentenza. Dik is-sentenza trid tiġi wkoll eżegwita. Diġa` kelli okkażjoni nitkellem pubblikament dwar il-problema ta’ l-enfurzar tal-multi fil-kamp penali, u f’dan ir-rigward nixtieq nirreġistra, ukoll pubblikament, l-impenn personali tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-interess li huwa ħa biex din il-problema tiġi solvuta. Pero` daqstant problematika tista’ tkun l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fil-kamp ċivili. Biex wieħed jipprova jagħmel ftit ordni fil-kamp ta’ l-eżekuzzjoni tas-sentenzi, assenjajt il-proċeduri tas-subbasti kollha biex isiru minn zewġ imħallfin, flok ma jiġu sparpaljati ma’ l-Imħallfin kollha li jagħmlu l-għassa, biex b’hekk ikun hemm element ta’ kontinwita` fil-proċeduri billi l-Imħallef li jidħollu xi rikors ġdid fi proċedura partikolari jkun jaf eżatt xi jkun sar preċedentement f’dik il-proċedura partikolari. Dan, flimkien ma’ ri-organizzazzjoni li l-Amministrazzjoni tal-Qorti, immexxija mid-Direttur Ġenerali, għamlet f’dak li huwa staff u proċeduri oħra purament amministrattivi fejn jidħlu s-subbasti, ġab ħafna ordni fid-diżordni li kien hemm preċedentement fis-subbasti hawn Malta. |
| Jidher li għad | hemm xi problemi, pero`, Għawdex. F’dan il-kuntest tajjeb li wieħed jara jekk jagħmilx sens li l-Qorti ta’ Għawdex – jew aħjar, l-impjegati f’dik il-Qorti – jkunu taħt żewġ ministeri, dak tal-Ġustizzja u dak għal Għawdex. Nagħmilha ċara li ma rrid nitfa’ ebda rifless ħażin fuq l-impjegati tal-Qorti ta’ Għawdex – anzi nista’ ngħid li kemm ili nitla’ regolarment Għawdex, l-ewwel bħala Imħallef u aktar tard bħala Prim Imħallef, biex nisma’ appelli kriminali f’dik il-gżira, dejjem sibt ko-operazzjoni sħiħa u totali mill-imjegati tal-Qorti ta’ Għawdex. F’ċertu sens, minħabba l-istruttura soċjali f’dik il-gżira, ċerti affarijiet, bħalma huma notifiki, jimxu b’aktar effiċċjenza Għawdex milli Malta. Pero` jibqa’ l-fatt li meta amministrattivament ikunu jridu jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, bħal forsi ċaqliq ta’ impjegati minħabba l-esiġenzi tas-servizz jew għall-finijiet ta’ aktar effiċċjenza, jew anke bħala miżura ta’ dixxiplina jekk ikun il-każ, wieħed jista’ faċilment jinkorri fil-problema ta’ żewġ kaptani jmexxu l-istess bastiment. |
| Fil-kuntest ukoll ta’ l-enforzar tas-sentenzi | fil-kamp ċivili, naħseb li wasal iż-żmien li jkollna liġi aktar effiċjenti u realistika dwar id-disprezz. Illum, meta parti jew oħra f’kawża ma toqgħodx għal xi ordni tal-qorti din (u kemm-il darba dan ma jkunx jammonta għal disprezz in faciem curiae jew disprezz li hu regolat b’xi dispożizzjoni partikolari tal-liġi), il-persuna li tkun hekk naqset, flok ma tinġieb quddiem dik l-istess qorti u tiġi minnufih (jekk misjuba ħatja) ikkundannata, trid tintbagħat quddiem qorti oħra biex hemm ir-Reġistratur jibda kontriha proċeduri ċivili għal disprezz permezz ta’ rikors ġuramentat (jew, sa ftit ilu, b’ċitazzjoni). Din hija proċedura Biżantina għall-aħħar li mhux biss ittawwal iż-żminijiet u żżid il-xogħol tal-qorti inutilment, iżda tippriva lil min ikun sofra minħabba n-nuqqas ta’ ottemperanza da parti ta’ ħaddieħor ma’ l-ordnijiet tal-qorti, minn rimedju effikaċi u tempestiv. |
| Wasal ukoll iż-żmien li jkun hemm leġislazzjoni | li tirregola b’mod komprensiv dak li l-gazzetti u l-media jistgħu jiġu pprojbiti milli jippublikaw dwar proċeduri ġudizzjarji, speċjalment proċeduri penali. Kif inhu risaput, il-Kapitolu 60 tal-Liġijiet ta’ Malta – cioe` l-Att dwar il-Kontroll fil-Pubblikazzjoni ta’ Proċedimenti Ġudizzjarji – jirreferi għal parti żgħira mill-proċeduri ġudizzjarji. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u l-Kodiċi Kriminali għandhom dispożizzjonijiet li jipprovdu għal meta ċerti proċeduri jistgħu jsiru bil-magħluq, u meta proċeduri penali oħrajn ma jistgħux jiġu rappurtati. Pero` ġustament qed ikun hemm ħafna lmenti – u dan mhux tant mill-gazzetti daqs kemm mill-pubbliku in ġenerali – meta wieħed jara ordnijiet, ħafna drabi mingħajr raġuni valida, li jipprojbixxu l-pubblikazzjoni ta’ l-ismijiet ta’ l-akkużati. Jew l-ismijiet ma għandhom qatt jigu ppubblikati – ħlief wara sentenza ta’ kundanna – jew jekk għandu jkun hemm tali divjet dan għandu jkun marbut ma’ esiġenzi oġġettivi ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja u mhux ma’ ċirkostanzi purament personali ta’ l-akkużat li jkun. U jien tal-fehma wkoll li meta jkun hemm forma ta’ divjet – jew, kif jgħidulu bl-Ingliż, gagging order – anke jekk dan, per eżempju, ikun taħt l-Artikolu 517 tal-Kodiċi Kriminali – għandu jkun hemm proċedura li permezz tagħha kull min hu interessat ikun jista’ jikkontesta dak l-ordni. Wieħed irid dejjem jimmira għal bilanċ ġust bejn l-esiġenzi ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja fuq naħa u d-dritt ta’ l-istampa li tinforma dwar affarijiet ta’ interess pubbliku. |
| L-istampa, min-naħa l-oħra, għandha d-dover | tassigura li dak li jiġi rappurtat dwar proċeduri ġudizzjarji ma jkunx rappurtaġġ ħażin, fis-sens ta’ rappurtaġġ fattwalment skorrett, jew żbilanċjat billi tingħata enfasi partikolari għal parti minn sentenza u tiġi injorata parti oħra importanti, jew addirittura rappurtaġġ li jgħid proprju l-oppost ta’ dak li jkun ingħad fis-sentenza. Illum is-sentenzi jkunu kważi kollha disponibbli fuq l-internet dik il-ġurnata stess li jingħataw, apparti li wieħed jista’ jikseb kopja mir-reġistru, u għalhekk huwa ftit diffiċli wieħed jifhem għala l-livell ta’ court reporting jew law reporting ikun, xi mindaqqiet, daqshekk baxx. |
Ippermettuli ngħid kelmtejn dwar il-kamp penali. Fid-diskors tiegħi ta’ bħal-lum sena kont irriferejt għal dawk li sejjaħtilhom “kumpilazzjonijiet bl-istilliċidju” – u personalment għadni preokkupat ħafna bit-tul li qed jieħdu ċerti kumpilazzjonijiet. Minn banda nifhem li huwa kważi impossibbli għall-Maġistrati, minħabba l-volum ta’ xogħol li għandhom, li jitilqu kollox minn idejhom u jiddedikaw ġurnata, tnejn jew tlett ijiem sħaħ biex jisimgħu biss il-provi kollha f’kumpilazzjoni waħda f’daqqa – kif suppost li jsir – u għalhekk anke l-istadju inizjali tal-kumpilazzjoni (jiġifieri qabel ma l-maġistrat jiddeċiedi jekk hemmx raġunijiet biżżejjed biex l-imputat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża) spiss ikun imqassam fuq diversi ġranet spazjati bejniethom. Il-problema, pero`, jidher li qed taggrava ruħha meta niġu għall-istadju tar-rinviji, fejn spiss ma jkunx hemm ko-ordinament biżżejjed bejn qorti, l-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali u l-pulizija. Nammetti li l-problema ma hix waħda sempliċi, pero` ma nistgħux nibqgħu b’sitwazzjoni fejn xi kumpilazzjonijiet idumu jkarkru s-snin sa ma joħroġ l-att ta’ akkuża jew il-kawża tiġi rinvjata għall-ġudizzju quddiem il-Qorti Inferjuri.
| Ukoll inaċċettabbli hija s-sitwazzjoni meta | jinġibu xhieda għal xejn il-qorti. Wieħed japprezza li tista’ tinqala’ sitwazzjoni fejn, wara li kulħadd ikun ġie mħarrek, tqum xi kwistjoni proċedurali li tkun trid tiġi deċiża, u għalhekk fil-ġurnata partikolari ma jkunux jistgħu jinstemgħu x-xhieda. Pero` m’hix aċċettabbli li tiġi differita kawża fejn ikunu ġew inġunti x-xhieda għas-sempliċi raġuni li l-avukat difensur ta’ l-akkużat jinforma fl-aħħar minuta li ma jistax jattendi, jew għax l-akkużat stess ma jkunx ġie notifikat. Għandha tinħoloq sistema biex jekk l-akkużat ma jkunx ġie notifikat sa tlieta jew erbat ijiem qabel is-smigħ tal-kawża, ix-xhieda fil-kawża tiegħu jiġu infurmati biex ma jitilgħux il-qorti, jew ikollhom għall-anqas il-mezz kif jivverifikaw jekk għandhomx jitilgħu l-qorti. S’intendi wisq aktar hija inaċċettabbli s-sitwazzjoni fejn ġudikant, mingħajr ma jagħti raġuni u fl-aħħar minuta, jiddifferixxi seduta sħiħa fejn ikunu ġew inġunti x-xhieda. Ilkoll kemm aħna – ġudikanti, impjegati tal-qorti u pulizija – irridu nkunu aktar sensittivi lejn il-pubbliku, li, wara kollox, fl-interess tiegħu wkoll qed tiġi amministrata l-ġustizzja. F’dawn l-aħħar snin sar ħafna biex il-pubbliku jiġi moqdi aħjar, kemm fir-reġistru tal-qrati ċivili, kif ukoll bit-twaqqif tal-one stop shop għall-atti li jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qrati kriminali, kif ukoll bis-servizz tal-customer care li jingħata fl-entratura ta’ l-edifizzju tal-qorti. Da parti tagħna l-ġudikanti għandna dejjem inżommu f’moħħna li l-pubbliku – fil-persuna tax-xhud – huwa wkoll ħolqa importanti fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja; u l-persuna li titħarrek bħala xhud, dak li probabbilment tibqa’ tiftakar mill-esperjenza kollha tagħha fil-qorti huwa l-mod kif il-ġudikant ikun ittrattaha fl-awla. L-ewwel sentenza tar-Regola 4 tal-Kodiċi ta’ l-Etika tagħna – u dan qed ngħidu biex infakkar lili nnifsi l-ewwel u qabel kulħadd – tgħid: Il-Ġudikanti għandhom jaqdu d-doveri ġudizzjarji tagħhom b’dinjita`, b’korteżija u b’umanita`. |
| Spiss fil-gazzetti jkun hemm kritika dwar ċerti | sentenzi li jingħataw, bil-kritika x’aktarx dejjem tkun li ċerti pieni mogħtija huma irriżorji. U ma’ din il-kritika dejjem ikun hemm xi ħadd li jiftakar li jkun qara x’imkien li teżisti l-espressjoni “sentencing policy” jew “sentencing guidelines”. Tajjeb li wieħed ifakkar hawn li tali “guidelines” diġa` jeżistu anke hawn Malta. |
| Dawn isiru fl-ewwel lok mil-leġislatur, li | fil-liġi jistabilixxi l-massimu u l-minimu ta’ ċerti pieni, kif ukoll jistabilixxi fejn u taħt liema ċirkostanzi ċerti provvedimenti – bħas-sentenza sospiża, il-probation, l-inżul taħt il-minimu tal-piena – ma jistgħux jiġu applikati. |
| Fit-tieni lok dawn il-linji gwida joħorġu | mis-sentenzi tal-Qorti ta’ l-Appell Kriminali. Jekk wieħed jara, per eżempju, il-Guideline Judgements Case Compendium ippubblikat f’Marzu ta’ l-2005 fl-Ingilterra, isib li dan hu sempliċement kollezzjoni ta’ sentenzi tal-Court of Appeal (Criminal Division) ta’ l-Ingilterra li jkunu elaboraw ċerti prinċipji f’każ partikolari. Dan hu li f’ħafna każijiet isir anke hawn Malta mill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali. F’ġuriżdizzjoni żgħira bħalma huma dawn il-gżejjer, bil-qrati kollha konċentrati f’edifizzju wieħed f’Malta u edifizzju wieħed żgħir ieħor f’Għawdex, b’total ta’ 35 ġudikant effettiv u mhux 42,000 ġudikant bħalma hemm fl-Ingilterra, ma naħsibx li biex dawn is-sentenzi jipperkolaw minn fuq għal isfel, jew anke orizzontalment, hemm bżonn ta’ l-istrutturi kumplikati li hemm fl-Ingilterra bħalma huma s-Sentencing Advisory Panel u s-Sentencing Guidelines Council, u l-pubblikazzjonijiet kollha li dawn joħorġu. |
| Mill-banda l-oħra, huwa minnu li xi minn daqqiet | il-qrati tagħna, speċjalment il-Qrati tal-Maġistrati, ma jkunux sensittivi biżżejjed għall-implikazzjonijiet soċjali ta’ ċerti sentenzi, bħal, per eżempju, fil-kamp tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, u fil-każ ta’ reati li jaffettwaw is-soċjeta` b’mod ġenerali, bħalma huwa, per eżempju, ir-reat ta’ tlajjar għal finijiet ta’ prostituzzjoni. F’dawn, u oqsma oħra simili, l-element ta’ deterrent fil-piena għandu, bħala regola, jipprevali fuq konsiderazzjonijiet oħra. |
| Sur President, kif għidt int, wieħed m’għandux | igerger biss. Tajjeb ghalħekk li nirreġistra li l-awspikata emenda fil-liġi intiża biex telimina l-possibilita` li d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Qorti jagħti xi struzzjonijiet lill-impjegati tal-qorti li jkunu jammontaw għal inġerenza fil-funzjonijiet ġudizzjarji tal-membri tal-ġudikatura – problema li kont aċċennajt għaliha f’wieħed mid-diskorsi preċedenti tiegħi – fl-aħħar ġiet fis-seħħ. B’din l-emenda, il-Prim Imhallef jista’, b’avviż bil-miktub, iwarrab kull deċiżjoni simili tad-Direttur Ġenerali u jista’ jagħti hu direttivi lid-Direttur Ġenerali jew lil rappreżentant tiegħu li jkun jidhirlu li jkunu fl-aħjar interess ta’ l-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-każ partikolari. |
| Ovvjament, dan hu rimedju in extremis li | jiena kważi ċert li qatt ma ser ikolli nuża fil-konfront tas-Sur Kevin Mahoney, li, minkejja l-limitazzjoni ta’ riżorsi, speċjalment dawk umani, jipprova, flimkien mad-Diretturi l-oħra, jagħmel minn kollox biex ir-roti amministrattivi jibqgħu jduru. F’dan il-kuntest nixtieq ukoll nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-qorti li fl-istragrande maġġoranza tagħhom huma dedikati ħafna għal xogħolhom, u jagħmlu l-mirakli biex jakkomodaw il-ħinijiet strambi li ħafna ġudikanti jaħdmu fihom, u biex jaqdu mill-aħjar li jistgħu lill-avukati u lill-prokuraturi legali, u dan minkejja li xi wħud minn dawn l-impjegati għadhom jaħdmu f’ambjent mhux tant akkoljenti għal dawk li huma uffiċini. |
| Tajjeb ukoll, Sur President, li hawn wieħed | isemmi l-laqgħat regolari ta’ kull xahar li membri tal-ġudikatura – jien, il-presidenti taż-żewġ sezzjonijiet tal-Qorti Ċivili u l-Maġistrat Anzjan – ikollna miegħek, mal-President tal-Kamra tal-Prokuraturi Legali, mad-Direttur Ġenerali u mal-Ministru biex nidentifikaw problemi fl-amministrazzjoni tal-qrati li jistgħu jiġu solvuti fi żmien qasir u mingħajr il-ħtieġa ta’ interventi leġislattivi. Naħseb li taqbel miegħi li kemm ilna niltaqgħu kien hemm diversi minn dawk li nsejħilhom “irritanti” fil-funzjonament tar-reġistru ċivili u dawn, anke grazzi għall-intervent dirett tas-Sur Mahoney, tneħħew. |
| Fl-aħħarnett, Sur President, jien u sħabi | nissieħbu miegħek filli nawguraw lill-avukati l-ġodda li ser jieħdu l-warrant illum wara nofs in-nhar fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern. Forsi kieku ħsibniha minn qabel, konna naraw kif nabbinaw din l-udjenza tal-lum ma’ l-għoti tal-warrant u l-għoti tal-ġurament ukoll – kollox f’ċerimonja waħda, mhux biss għall-ekonomija tad-diskorsi, iżda b’hekk forsi l-Ministru kien ikollu l-oppportunita` għall-ewwel darba li jitkellem f’din iċ-ċerimonja u mhux, kif dejjem kellu jagħmel s’issa, jisma’ biss! Tkun għal darb’oħra. Grazzi. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977