MESSAĠĠ MILL-ONOR. MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ FL-OKKAŻJONI TAL-JUM DINJI TAL-ANZJANI
pr1395
01/10/2008
| F’pajjiżna | għandna waħda mill-ogħla rati ta’ life expectancy fl-Ewropa. In-numru tal-anzjani qiegħed dejjem jiżdied. L-anzjani huma riżorsa importanti ħafna f’pajjiżna u għandhom sehem importanti fit-tħaddim tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan għaliex l-anzjani mhumiex biss konsumaturi imma wkoll minjiera ta’ esperjenza. |
| Il-Gvern jemmen | bis-serjetà fil-kontribut tal-anzjani fid-dinja tax-xogħol. Kien għalhekk li fil-budget tas-sena l-oħra, il-gvern ħabbar miżura fejn anzjani li jilħqu l-età tal-irtirar jistgħu jkomplu jaħdmu mingħajr ma jitilfu l-pensjoni. Illum għandna madwar 9,430 anzjan li għadhom impjegati fuq bażi full time jew part time. Dan ifisser żieda ta’ elf meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Sadattant għandna eluf oħrajn li jibqgħu jgħinu lil uliedhom f’intrapriżi tal-familja. |
| Eluf ta’ anzjani | oħra huma impenjati f’xogħol informali, fost oħrajn jieħdu ħsieb in-neputijiet u b’hekk aktar nisa jistgħu jkomplu jaħdmu. Ħafna u ħafna oħrajn huma impenjati f’ħidma volontarja. Biżżejjed wieħed isemmi l-għadd ta’ kunsilliera u sindki li minkejja li laħqu l-età tal-irtirar baqgħu jagħtu sehemhom għall-ġid tal-lokalità tagħhom. Inkella l-għadd ta’ anzjani li huma involuti fil-parroċċi tagħna jew fil-każini tal-baned. Veru każ li fejn hemm ħidma volontarja aktar iva milli le se ssib anzjani jagħtu s-sehem tagħhom. |
| Din il-ħidma li | ssir mill-anzjani, ħafna drabi fis-skiet, hija imprezzabli. Li kieku kellna nħallsu għax-xogħol li jsir mill-anzjani fuq bażi volontarja żgur li nkunu qed nitkellmu fuq ċifra ta’ miljuni kbar. |
| Minkejja | dan xorta jibqaw anzjani illi jkollhom bżonn min jieħu ħsiebhom. Il-gvern jemmen illi sa fejn hu possibli dawn għandhom jibqgħu fi djarhom viċin tal-familji tagħhom. |
| Għalhekk aħna impenjati illi nagħmlu riforma | fis-servizz li qed noffru lill-anzjani fil-komunità. Dawn is-servizzi jridu jkunu ta’ support mhux biss għall-anzjani, imma anke għall-familjari li qed jieħdu ħsiebhom. Ovvjament għax qed ngħixu iktar, in-numru ta’ anzjani li jsiru dipendenti u jidħlu f’xi residenza qed jiżdied. Għal dan il-għan dawn l-aħħar xhur ingħatat spinta kbira lill-blokk ġdid Gwann Pawlu II f’San Vinċenz illi se jkun atrezzat bil-kumditajiet kollha u se jkollu żewġ swali mgħammra apposta għal min ibagħti bil-kundizzjoni tad-dimentia. Dan il-blokk li jesa’ 144 se jkun lest fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla. |
| Barra minn dan, fil-kumpless tal-anzjani St Jean | Antide f’Ħ’Attard qed jinbnew żewġ swali ġodda li jkunu jistgħu jilqgħu 64 persuna oħra. Anke hawn ix-xogħol jinstab għaddej b’ritmu mgħaġġel. |
| Biex naċċertaw illi jkollna biżżejjed carers | imħarrġa għall-ewwel darba beda kors ta’ carers. F’Jannar li ġej l-ewwel 53 carers ikunu temmew il-kors tagħhom. Il-pjan tagħna hu li eżatt kif jispiċċa dan il-kors jerġa’ jibda ieħor. |
| Illum nistgħu ngawdu l-livell tal-għixien li | għandna għaliex l-anzjani tal-lum fis-snin li għaddew ħadmu bis-sħiħ, ħafna drabi f’ċirkostanzi diffiċli biex bl-għaraq tagħhom bnew pajjiżna fuq sisien sodi. F’dan il-jum il-gvern irid isellem lill- anzjani kollha f’Malta u Għawdex u jroddilhom ħajr għall-kontribut kbir tagħhom lil pajjizna. |
Other Press Releases:
PR261978
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJ...
PR261977